Mogħdija tan-navigazzjoni

FAQ - Permessi tax-xogħol

  • Jien Rumen u nixtieq nibda naħdem għal rasi fi Franza. L-awtoritajiet Franċiżi qaluli li għandi napplika għal permess tax-xogħol. Qaluli sew?

    LE — Ir-restrizzjonijiet tranżitorji li japplikaw għar-Rumeni u l-Bulgari fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE jikkonċernaw biss ix-xogħol b'impjieg. Jekk int sejjer taħdem fi Franza għal rasek, ma jeħtiġlekx permess tax-xogħol.

    Aktar tagħrif dwar:

  • Pajjiżi ssieħeb fl-UE dan l-aħħar. Fejn fl-UE nista' naħdem mingħajr formalitajiet speċifiċi?

    Jiddependi liema hu pajjiżek.

    Jekk inti mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja jew is-Slovakja, issa tista' taħdem bla permess tax-xogħol fejn trid fl-UE.

    Jekk inti mir-Rumanija jew il-Bulgarija, tista' taħdem mingħajr formalitajiet speċifiċi fil-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja u l-Isvezja.

    Għad hemm xi restrizzjonijiet fl-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Islanda, l-Irelanda, l-Italja, il-Liechtenstein, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, in-Norveġja, l-Isvizzera, Spanja(għar-Rumeni biss) u r-Renju Unit. Dawn ir-restrizzjonijiet jikkonċernaw biss lill-impjegati u jistgħu japplikaw biss sal-31 ta' Diċembru 2013 — ma hemm l-ebda restrizzjonijiet jekk taħdem għal rasek.

    Jekk tixtieq taħdem f'pajjiż li għadu jimponi restrizzjonijiet, skopri xi proċeduri għandek issegwi billi tikkuntattja konsulent dwar l-impjiegi Ewropej jew is-servizz pubbliku tax-xogħol.

    Aktar tagħrif dwar:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?