Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħaddiema

Aġġornat : 12/2012

Taxxi

X'inhi s-sitwazzjoni tiegħek?

Naħdem għal rasi

Liema dħul ta' flus jiġi ntaxxat f'Malta?

  • Tgħix f'Malta? Jeħtieġlek tħallas it-taxxa fuq id-dħul ta' flus tiegħek mid-dinja kollha.

    (kriterju: preżenza ta' mill-anqas 183 jum konsekuttiv f'perjodu ta' 12-il xahar)

  • Tgħix f'Malta iżda għal anqas minn 183 jum? Ma titqiesx bħala residenti taxxabbli u tħallas biss it-taxxa fuq id-dħul ta' flus li taqla' f'Malta.

  • Dħul ta' flus minn pajjiżi oħrajn tal-UE? Iċċekkja li qatt ma tħallas darbtejn għall-istess dħul ta' flus.

Kemm għandek tħallas?

Dak li jibqa' mid-dħul ta' flus gross tiegħek f'Malta wara li jitnaqqsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali?

Kalkulatur tat-taxxa onljan English

Rati tat-taxxa fuq id-dħul fl-2011

Ir-rati tat-taxxa fuq id-dħul English fl-2011 jiddependu mil-livell ta' dħul ta' flus tiegħek u mis-sitwazzjoni ta' familtek. Qis kull:

  • benefiċċji ta' taxxa
  • tnaqqis li għandek dritt għalih għal ċerti tipi ta' nfiq.

Meta u kif għandek tħallas?

Jeħtieġlek tagħmel 3 pagamenti ndaqs minn qabel fit-30 ta' April, fil-31 ta' Awwissu u fil-21 ta' Diċembru. Dawn il-pagamenti huma bbażati fuq id-dħul taxxabbli tiegħek minn sentejn qabel.

Kull taxxa li jkun fadal biex titħallas għandha titħallas sat-30 ta' Ġunju li jsegwi t-tmiem tas-sena tat-taxxa.

Trid tibgħat ukoll id-dikjarazzjoni annwali tat-taxxa sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena.

Għajnuna biex timla l-formoli Maltin tat-taxxa / tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali English

Kif tappella / tilmenta

Jekk ma taqbilx mal-valutazzjoni tat-taxxa tiegħek, tista' tappella lill-uffiċċju tat-taxxa English.

Aqra l-ittra tal-valutazzjoni tat-taxxa tiegħek b'attenzjoni biex issir taf eżattament liema dipartiment għandek tibgħat l-ilment tiegħek u liema proċeduri jeħtieġlek issegwi.

Links

Liġijiet tat-taxxa - l-UE u pajjiżi individwali

Iċċekkja wkoll x'inhuma drittijietek fl-UE.

Punti ta’ kuntatt

Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni ta' Malta English

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ingħata parir min-netwerk Ewropew ta' appoġġ għan-negozji English

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika