Mogħdija tan-navigazzjoni
IVA — X'aktarx. Jekk tgħix f'pajjiż għal aktar minn 6 xhur f'sena, dak il-pajjiż normalment jikkunsidrak bħala residenti għal raġunijiet ta' taxxa. Normalment, dak il-pajjiż jintaxxak fuq id-dħul li taqla' waqt li taħdem hemm. Għandek tiskopri jekk intix se tkun ikkunsidrat resident taxxabbli fil-pajjiż il-ġdid u x'inhuma r-rati applikabbli u t-tnaqqis mit-taxxa. Għandek tiċċekkja wkoll jekk is-salarju li taqla' hemm jiġix intaxxat f'pajjiżek u x'għajnuna, jekk hemm, tingħata fil-ftehim dwar it-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi.
Id-dħul dinji tiegħek normalment jiġi ntaxxat fil-pajjiż fejn inti resident taxxabbli. Biex tkun ċert, għandek tiċċekkja l-ftehim bilaterali dwar it-taxxa bejn il-pajjiż fejn inti resident taxxabbli u l-pajjiż minn fejn qed taqla' l-flus.
Jekk toqgħod l-Awstrija għal inqas minn 6 xhur, normalment tħallas it-taxxa fl-Awstrija fuq il-flus li taqla' hemm, jekk min iħaddmek huwa residenti hemm. Kwalunkwe dħul li taqla' minn sorsi oħra jiġi ntaxxat fir-Renju Unit. Biex tkun ċert, għandek tiċċekkja l-konvenzjoni bilaterali RU-Awstrija dwar it-taxxa.
IVA — Peress li inti resident tal-Isvezja, probabbilment trid tħallas taxxa Svediża fuq dawk il-flus. Barra minn hekk, il-bank Franċiż jista' jkun li għamel sew li żamm it-taxxa skont ir-regoli Franċiżi. Madankollu, il-ftehim ta' tassazzjoni doppja bejn Franza u l-Isvezja probabbilment jimplika li Franza trid tagħtik lura parti (jew kollox) minn dik it-taxxa li applika l-bank. Jekk jogħġbok ikkuntattja l-uffiċċju tat-taxxa fl-Isvezja biex tiċċekkja l-livel ta' taxxa minn ras il-għajn li Franza tista' tapplika u l-proċedura biex tieħu rifużjoni minn Fraza ta' xi taxxa żejda li ħallast.
Minħabba li ħdimt fil-pajjiż l-ieħor għal inqas minn 6 xhur, dak il-pajjiż normalment jintaxxa d-dħul tiegħek hemmhekk, jekk l-impjegatur tiegħek ikun residenti hemm. Id-dhul ta' flus minn kull sors - inkluż id-dħul ta' flus li daħħalt fil-5 xhur li ħdimt fil-pajjiż l-ieħor - jista' jkun intaxxat f'pajjiżek. Madankollu, skont il-ftehim bilaterali dwar it-taxxa doppja bejn iż-żewġ pajjiżi, pajjiżek normalment jikkumpensa għat-taxxa mħallsa f'pajjiż ieħor kontra t-taxxa dovuta lokalment.