Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Din it-taqsima tgħidlek x'għandek tagħmel biex il-kwalifiki professjonali tiegħek jiġu rikonoxxuti sabiex tkun tista'
taħdem
barra pajjiżek. Dan ma jgħoddx għalik jekk inti trid
tistudja
barra pajjiżek. Sabiex tikseb informazzjoni dwar x'għandek tagħmel biex id-diplomi tiegħek jiġu rikonoxxuti għal skopijiet akkademiċi, ikkuntattja ċ-ċentri NARIC
English.
Jekk tixtieq tmur taħdem f'pajjiż ieħor, x'aktarx ikollok bżonn rikonoxximent uffiċjali tal-kwalifiki professjonali (it-taħriġ u l-esperjenza professjonali) tiegħek, jekk il-professjoni tiegħek hija regolata f'dak il-pajjiż.
Jekk tixtieq taħdem f'pajjiż ieħor billi tipprovdi s-servizzi tiegħek fuq bażi temporanja jista' jkollok bżonn tibgħat dikjarazzjoni minn qabel. Jekk il-professjoni tiegħek hija regolata u għandha implikazzjonijiet ta' saħħa jew sikurezza pubblika, tista' tkun soġġett għall-ivverifikar tal-kwalifiki tiegħek bil-quddiem.
Biex tiskopri jekk il-professjoni tiegħek hijiex regolata f'pajjiż ieħor tal-UE, tista' tuża l-bażi tad-dejta tal-professjonijiet regolati
English. Din tista' tgħidlek liema professjonijiet huma regolati f'liema pajjiżi u mil-liema awtoritajiet. Jekk trid taħdem bħala furnar fil-Ġermanja, ikklikkja fuq "Bäcker (DE)”. Inti meħtieġ tkun taf l-isem tal-impjieg fil-lingwa tal-lokal.
Jekk ma ssibx il-professjoni tiegħek fil-bażi, tista' tikkuntattja l-punti ta' kuntatt nazzjonali għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali
English f'dak il-pajjiż fejn tixtieq tmur taħdem. Huma jistgħu jgħinuk ukoll sabiex issir taf liema hija l-awtorità kompetenti u liema huma d-dokumenti li għandek bżonn tibgħat.
Jekk il-professjoni tiegħek u t-taħriġ għaliha huma regolati fil-pajjiż fejn tixtieq tmur taħdem, imma mhux f'pajjiżek, jista' jagħti l-każ li trid turi li ilek teżerċita l-professjoni f'pajjiżek għal tal-inqas sentejn tul l-aħħar għaxar snin qabel ma tkun tista' tipprattika l-professjoni jew saħansitra tipprovdi s-servizzi tiegħek temporanjament fil-pajjiż il-ġdid.
Staqsi lill-punti nazzjonali ta' kuntatt għall-kwalifiki professjonali
English fil-pajjiż fejn tixtieq tmur taħdem biex jagħtuk parir dwar kif tħejji l-fajl u liema dokumenti ta' referenza se jkollok bżonn tibgħat.
Jekk il-professjoni tiegħek ma tkunx regolata fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, tista' tipprattikaha hemm bl-istess kondizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.
Attent. Għalkemm il-professjoni tista' ma tkunx regolata fil-pajjiż il-ġdid, tista' tkun ikkunsidrata parti minn professjoni regolata oħra. Dejjem iċċekkja mal-awtoritajiet tal-pajjiż fejn se tmur taħdem jekk il-professjoni tiegħek hijiex regolata hemm. Il-punti nazzjonali ta' kuntatt għall-kwalifiki professjonali
English jgħinuk tidentifika l-awtorità li tista' tagħtik din l-informazzjoni.
Moritz huwa għalliem tal-iski fl-Awstrija li xtaq imur jgħallem f'Ventron, kumpless tal-iski fi Franza. Qabel erħielha lejn Franza, iċċekkja l-bażi tad-dejta dwar il-professjonijiet regolati
English jekk it-tgħalim tal-iski hijiex professjoni regolata fi Franza. Peress li ma kinetx imsemmija, Moritz assuma li mhijex regolata u qabad jagħti l-lezzjonijiet tal-iski fi Franza.
Waqt spezzjoni, ġie mgħarraf li ma kienx awtorizzat jgħallem fi Franza mingħajr ma l-ewwel jikseb rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tiegħu. Fi Franza, għalliem tal-iski jaqa' taħt il-professjoni ġenerika ta' "għalliem tal-isport".
Jekk inti fiżjoterapista, tista' ssir taf liema dokumenti u formalitajiet huma meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż fejn tixtieq taħdem.
en
enfr
daen
deenfrnl
bgen
en
en
elen
en
en
enlt
deenfr
ennl
enpl
en
en
en
csen
en
en
ensl
deen
enet
en
en
en
en
enhu
en
enes
deenfrit
Aħna qed naħdmu sabiex inwessgħu s-servizz offrut bħalissa mill-fiżjoterapisti għal professjonijiet oħra. Sadattant, il-bażi tad-dejta tal-professjonijiet regolati
English jista' jgħinek issir taf liema professjonijiet huma regolati f'liema pajjiżi u minn liema awtoritajiet. Jekk trid taħdem bħala furnar fil-Ġermanja, iklikkja fuq "Bäcker (DE)”. Inti meħtieġ tkun taf l-isem tal-impjieg fil-lingwa tal-lokal.
Meta tapplika sabiex il-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti, l-awtoritajiet għandhom xahar biex jikkonfermaw li rċevew l-applikazzjoni tiegħek u jitolbuk xi dokumenti li jkollhom bżonn.
Huma jridu jieħdu deċiżjoni fi żmien 4 xhur mid-data li fiha rċevew l-applikazzjoni kompluta tiegħek. F'każ li jirrifjutaw l-applikazzjoni tiegħek, għandhom jispjegawlek għalfejn.
Jekk ma jiħdux deċiżjoni fil-limitu taż-żmien, tista' tieħu l-każ tiegħek quddiem il-qrati nazzjonali. Tista' wkoll iċċempel lis-servizzi ta' għajnuna
English tagħna jew lill-punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kwalifiki professjonali
English.
L-awtoritajiet jistgħu jitolbu kopji awtentikati (biex ikollhom prova li d-dokumenti huma ġenwini) u/jew traduzzjonijiet awtentikati ta' xi dokumenti ewlenin għall-applikazzjoni tiegħek, bħaċ-ċertifikati li jagħtu prova tal-kwalifiki tiegħek. (It-traduzzjonijiet awtentikati jiġu b'garanzija ta' preċiżjoni minn traduttur reġistrat.)
Iżda jridu jaċċettaw it-traduzzjonijiet awtentikati minn pajjiżi oħra tal-UE, u ma jistgħux jitolbu traduzzjonijiet awtentikati ta':
Katarina hija spiżjara Slovakka li trid tmur taħdem l-Awstrija. L-awtoritajiet Awstrijaċi jitolbuha li d-dokumentazzjoni kollha ta' referenza għall-applikazzjoni tagħha tkun tradotta minn traduttur Awstrijakk ġuramentat.
Iżda Katarina mhijiex meħtieġa li tipprovdi traduzzjonijiet ċertifikati tad-diplomi tagħha. Għal ħafna kategoriji ta' diplomi — tobba, infermiera ġenerali, qabla (midwife), kirurgi veterinarji, kirurgi tas-snien, spiżjara, periti — it-traduzzjonijiet awtentikati mhumhiex meħtieġa.
Hemm iċ-ċans li l-pajjiż il-ġdid tiegħek jitolbok turi li diġà għandek xi għarfien tal-lingwa tagħhom.
Kull ħtieġa ta' lingwa għandha jkollha skop wieħed — li tiżgura li inti taf biżżejjed biex tkun tista' taħdem fil-professjoni magħżula tiegħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.
Ladarba l-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti, l-awtoritajiet iridu jħalluk tuża t-titolu akkademiku li kellek fil-pajjiż ta' appartenenza tiegħek, u possibilment tintuża kemm il-forma mqassra, kif ukoll it-titolu professjonali fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.
Jekk il-professjoni tiegħek hija regolata minn assoċjazzjoni jew organizzazzjoni fil-pajjiż fejn tixtieq taħdem, se jkollok issir membru qabel ma tkun tista' tuża t-titolu professjonali.
Qabel ma tapplika sabiex ikollok ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tiegħek, aqra l-Gwida għall-użu dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali
[405 KB]
Deutsch
English
español
français
italiano
polski
mill-Kummissjoni tal-UE.
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?