Mogħdija tan-navigazzjoni

FAQ - Benefiċċji familjali

  • Mort noqgħod f'pajjiż ieħor biex naħdem hemm, imma familti baqgħet f'pajjiżi. Fejn għandi dritt li jingħatawli l-benefiċċji tat-tfal?

    Jekk żewġek/martek jew il-partner tiegħek — il-ġenitur l-ieħor ta' wliedek — j/taħdem f'pajjiżek, għandek dritt għall-benefiċċji tat-tfal fih. Jekk l-ammont ta' benefiċċji simili fil-pajjiż li taħdem fih huma ogħla, il-pajjiż li taħdem fih għandu jħallas suppliment li jagħmel tajjeb għad-differenza bejn iż-żewġ benefiċċji.

    Jekk żewġek/martek jew il-partner tiegħek — il-ġenitur l-ieħor ta' wliedek — ma j/taħdimx, inti intitolata għall-benefiċċji tat-tfal fil-pajjiż fejn taħdem.

  • Jiena intitolata għall-benefiċċji familjari għall-istess perjodu fi Franza u fl-Italja. Nista' nieħu l-benefiċċji miż-żewġ pajjiżi?

    LE — Ma tistax tieħu l-benefiċċji familjari darbtejn għall-istess perjodu u għall-istess membru tal-familja. Hemm "regoli ta' prijorità" f'każi ta' intitolamenti repetuti.

    Jekk l-intitolament doppju tiegħek huwa riżultat tal-fatt li int taħdem f'pajjiż iżda tgħix f'ieħor, għandek tieħu l-benefiċċji biss mill-pajjiż fejn taħdem.

    Jekk taħdem fiż-żewġ pajjiżi, ikun il-pajjiż fejn inti assigurata li jagħtik il-benefiċċji familjari.

  • Jiena divorzjata u ngħix ma' wliedi. Dak li kien żewġi jgħix u jaħdem f'pajjiż ieħor tal-UE u jieħu l-benefiċċji tat-tfal. Ma jużahomx biex jgħini nrabbi t-tfal. Nista' noħodhom direttament jien il-benefiċċji?

    IVA — Jekk dak li kien żewġek ma jużax il-benefiċċji li jirċievi għat-trobbija tat-tfal, l-awtorità li tipprovdi l-benefiċċji tista' tiddeċiedi li tagħtihom direttament lilek, bħala l-persuna li fil-fatt tmantni l-familja.

    Jekk tixtieqhom jagħmlu hekk, ikkuntattja lill-awtoritajiet tal-benefiċċji familjari tal-pajjiż fejn jgħixu l-membri tal-familja tiegħek. Dawn imbagħad jikkuntattjaw lill-awtoritajiet responsabbli għall-pagament tal-benefiċċji fil-pajjiż l-ieħor.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?