Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħaddiema

Aġġornat : 12/2012

Benefiċċji

Bħala ħaddiem migrant - impjegat jew li taħdem għal rasek - inti u d-dipendenti tiegħek intom koperti bis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż li qed jospitak.

Il-liġijiet tagħha jiddeterminaw il-benefiċċji tiegħek f'dawk li huma mard, maternità/paternità, pensjonijiet, aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard, għotjiet tal-mewt, qgħad, irtirar bikri u l-familja.

Problemi komuni minħabba differenzi fis-sistemi tal-benefiċċji

Is-sistema ta' benefiċċji fil-pajjiż fejn se tmur x'aktarx tkun differenti minn dik li inti mdorri biha.

In-nuqqas ta' ftehim jista' jkollu konsegwenzi serji — allura qabel titlaq, iċċekkja d-drittijiet tal-benefiċċji tiegħek fil-pajjiż fejn sejjer.

Perjodi ta' kwalifika

F'bosta pajjiżi, l-intitolament tiegħek għall-benefiċċji għandu mnejn jiddependi fuq il-perjodi ta' kontribuzzjonijiet mgħoddija tiegħek.

Il-pajjiż minn fejn qed titlob il-benefiċċji huwa obbligat li jikkonsidra l-perjodi kollha li inti kont taħdem jew għamilt kontribuzzjonijiet f'pajjiżi oħra tal-UE, daqslikieku kienu koperti bil-liġijiet lokali.

Jekk dan ma jsirx, tista' ċċempel lis-servizzi tal-għajnuna tagħna.

Storja bħala eżempju

Il-pajjiż il-ġdid tiegħek irid jikkonsidra l-perjodi kollha li inti ħdimt f'pajjiżi oħra tal-UE

Ana (Pollakka) ħadmet 6 snin fil-Polonja qabel ma marret il-Ġermanja, fejn ħadmet għal sentejn.

Imbagħad ħabtet bil-karozza u spiċċat ma timxix. Għalhekk applikat għall-pensjoni tal-invalidità kemm fil-Polonja kif ukoll fil-Ġermanja.

L-awtoritajiet Ġermaniżi ċaħdu l-applikazzjoni ta' Ana għax ma kinetx ilha taħdem hemm għal 5 snin (iż-żmien minimu biex tikkwalifika għall-pensjoni tal-invalidità fil-Ġermanja).

Madankollu, meta ħadmu s-snin ta' ħidma, l-awtoritajiet misshom inkludew il-perjodu li ħadmet fil-Polonja. Dan jirriżulta fi 8 snin xogħol, aktar mill-minimu meħtieġ fil-Ġermanja.

Għaldaqstant, Ana hija intitolata għall-pensjoni tal-invalidità kemm mill-Ġermanja kif ukoll mill-Polonja - kull pajjiż iħallas il-proporzjon skont kemm Ana ħadmet hemm.

L-intitolament tal-benefiċċji jvarja minn pajjiż għal ieħor

Il-pajjiżi tal-UE jibqgħu liberi li jiddeterminaw x'benefiċċji inti intitolat għalihom skont il-liġijiet tagħhom, kif ukoll il-perjodi ta' ħidma meħtieġa biex tkun intitolat għall-benefiċċji tal-qgħad, ir-regoli biex jinħadmu l-benefiċċji u l-ammont ta' żmien tal-benefiċċji. Pereżempju, tista' tkun intitolat għal 24 xahar benefiċċji tal-qgħad f'pajjiżek iżda għal 12-il xahar biss fil-pajjiż fejn qed tgħix.

Dwar il-benefiċċji tal-qgħad, għandek toqgħod attent għal dawn:

  • perjodi rikjesti ta' xogħol biex tieħu l-benefiċċji tal-qgħad
  • rati applikabbli biex jinħadmu l-benefiċċji u 
  • ammont ta' żmien li jdumu jingħataw il-benefiċċji.

Jekk tieħu s-sensja, ġeneralment tista' titlob il-benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar.

Biex tiskopri jekk tistax tmur lura f'pajjiżek biex tirreġistra ruħek hemm biex issib ix-xogħol, ikkuntattja lis-servizzi tal-impjieg ta' dak il-pajjiż.

Storja bħala eżempju

Kull pajjiż għandu r-regoli tiegħu kif jalloka l-benefiċċji

Line (Daniża) kienet qed tgħix u taħdem f'Ċipru meta ħadet is-sensja u applikat għall-benefiċċji tal-qgħad hemmhekk.

Kienet diżappuntata meta skopriet li kienet intitolata għal 156 jum biss ta' benefiċċji. Fid-Danimarka, il-benefiċċji jdumu jingħataw għal 4 snin. Qatt ma basret li d-differenza se tkun daqshekk kbira.

Is-sistemi tas-sigurtà soċjali jvarjaw ħafna fil-pajjiżi tal-UE. Qabel tmur f'pajjiż ieħor ikseb informazzjoni dwar drittijietek f'dak il-pajjiż.

Jista' jkun hemm differenzi sinifikanti fl-ammont ta' benefiċċji li tieħu meta taħdem f'pajjiż ieħor. Dan jgħodd l-aktar fejn jidħlu benefiċċji tal-familja/ġenituri, li mhux il-pajjiżi kollha joffru.

Aktar dwar:

Il-benefiċċji tal-familja u tal-ġenituri

Jekk titlob għal pensjoni tal-invalidità, kull pajjiż fejn ħdimt jista' jirrikjedi li int tkun eżaminat minn tabib. Pajjiż jista' jikkunsidrak 70% invalidu, filwaqt li pajjiż ieħor ma jqisek invalidu xejn.

Is-sensja wara li tkun ħdimt f'pajjiż ieħor

Jekk tieħu s-sensja, ġeneralment tista' titlob il-benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar.

Jekk ħdimt bħala ħaddiem minn pajjiż għal ieħor (impjegat jew għal rasek), ikollok titlob il-benefiċċji fil-pajjiż fejn tgħix.

Jekk waqt l-aħħar perjodu ta' impjieg jew xogħol għal rasek kont qed tgħix f'pajjiż differenti tal-UE mill-pajjiż fejn kont qed taħdem imma kont tmur hemm inqas minn darba fil-ġimgħa, tista' titlob il-benefiċċji jew mill-pajjiż fejn tgħix jew mill-pajjiż fejn ħdimt l-aħħar.

F'ċertu kondizzjonijiet, tista' tittrasferixxi l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek f'pajjiż ieħor tal-UE filwaqt li tkun qed tfittex xogħol hemm. It-trasferiment tal-benefiċċji normalment idum 3 xhur, imma jista' jiġġedded għal perjodu massimu ta' 6 xhur.

Biex issir taf aktar dwar l-intitolament tiegħek għall-benefiċċji tal-qgħad, għandek tikkuntattja lis-servizzi tal-impjieg tal-pajjiż relevanti.

Storja bħala eżempju

Ivverifika fejn tista' tapplika għall-benefiċċji tal-qgħad

Arthur (Ġermaniż) ħa s-sensja fl-2008 u mar l-Ungerija biex jaħdem hemm. Huwa kiseb kuntratt għal sena xogħol f'Budapest, filwaqt li żamm ir-residenza tiegħu fil-Ġermanja fejn kien imur regolarment. Meta reġa' tilef ix-xogħol, seta' japplika għall-benefiċċji fl-Ungerija iżda ddeċieda li jmur lura l-Ġermanja fejn kiseb il-benefiċċji bla problemi.

Ir-regoli msemmija hawn fuq ilhom japplikaw għal persuni li jaħdmu għal rashom sa mill-1 ta' Mejju 2010. F'każ ta' problemi biex tikseb drittijietek, tista' ssib l-għajnuna mingħand is-servizzi tal-għajnuna tagħna.

Tgħix fil-pajjiż fejn taħdem

Jekk wara li tieħu s-sensja, tagħżel li tibqa' fil-pajjiż fejn kont impjegat, trid tirreġistra ruħek hemm biex tfittex ix-xogħol. Tiġi trattat bħala ċittadin ta' dak il-pajjiż.

Jekk teħtieġ tiċċertifika l-perjodi mgħoddija tal-impjieg tiegħek u l-kopertura tas-sigurtà soċjali barra minn pajjiżek, jista' jkun li jkollok bżonn tapplika għal formola U1 (dik li qabel kienet il-formola E 301) mill-pajjiż fejn kont taħdem qabel.

Jekk ma tibgħatx dan id-dokument lill-awtorità li qed tittratta t-talba tiegħek, din tkun tista' tikseb l-informazzjoni neċessarja direttament minn pajjiżi oħra. Madankollu, jgħin li timla u tibgħat il-fomola U1 sabiex l-awtorità tipproċessa t-talba aktar malajr.

Tmur lura f'pajjiżek

Jekk, wara li tieħu s-sensja, tagħżel li tmur lura f'pajjiżek, trid tikkuntattja lis-servizz nazzjonali tal-impjieg hemm biex tistaqsi jekk għadekx intitolat għall-benefiċċji tal-qgħad avolja għamilt xi żmien barra.

Jekk iva, ikollok:

Jekk ma tibgħatx dan id-dokument lill-awtorità li qed tittratta t-talba tiegħek, din tkun tista' tikseb l-informazzjoni neċessarja direttament minn pajjiżi oħra. Madankollu, jgħin li timla u tibgħat il-fomola U1 sabiex l-awtorità tipproċessa t-talba aktar malajr.

Jekk ma tkunx intitolat għall-benefiċċji f'pajjiżek, tista' tapplika għal awtorizzazzjoni biex tittrasferixxi l-benefiċċji tal-qgħad għal 3 xhur mill-pajjiż fejn ingħatajt is-sensja jew:

  • lura lejn il-pajjiż fejn kont tgħix, jew inkella
  • lejn kwalunkwe pajjiż ieħor fejn tixtieq tmur tfittex ix-xogħol.

Ara wkoll:

Id-drittijiet ta' dawk li jkunu qed ifittxu impjieg li jittrasferixxu l-benefiċċji tal-qgħad f'pajjiż ieħor tal-UE

Formoli meħtieġa

Biex jirnexxilek tmur mis-sistema ta' benefiċċji ta' pajjiż għal dik ta' pajjiż ieħor, jista' jkollok bżonn din il-formola li ġejja meta tasal fil-pajjiż il-ġdid fejn se taħdem:

Il-formola U1 (dik li qabel kienet il-formola E 301) — stqarrija tal-perjodi ta' assigurazzjoni li għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġu kkalkulati l-benefiċċji tal-qgħad tiegħek. Din tinstab mis-servizz nazzjonali tal-impjieg tal-aħħar pajjiż(i) fejn ħdimt u għandek tibgħatha lis-servizz nazzjonali tal-impjeg tal-pajjiż fejn tixtieq tapplika għall-benefiċċji.

Vjaġġar fl-UE

Jekk tivvjaġġa barra mill-pajjiż fejn tgħix, int kopert għal kwalunkwe trattament mediku li jkollok bżonn waqt li tkun fi kwalunkwe pajjiż tal-UE — bil-Kard tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea — saħansitra f'pajjiżek stess, jekk ma tkunx qed tgħix hemm.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.