Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 22/01/2016

Reġistrazzjoni u taxxi tal-karozzi – Malta

Agħżel il-pajjiż

Agħżel il-pajjiż

Drittijiet komuni fil-pajjiżi tal-UE


* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

REGOLI TA' REĠISTRAZZJONI

Bħala ċittadin tal-UE li qed tiċċaqlaq lejn Malta, għandek tirreġistra l-karozza tiegħek jekk inti sid il-vettura.

ŻMIEN ALLOKAT GĦAR-REĠISTRAZZJONI MILL-ĠDID TA' VETTURA

Jekk tbiddel il-pajjiż ta' residenza tiegħek għal Malta, mal-wasla tal-vettura f'Malta, għandek tinnotifika lill-Awtorità u tikseb, bi ħlas ta' tariffa, permess temporanju ta' ċirkolazzjoni li jippermettilek tuża l-vettura f'Malta għal perjodu massimu ta' tletin ġurnata kalendarja konsekuttiva biex tirreġistra mill-ġdid vettura li diġà kienet reġistrata f'pajjiż ieħor tal-UE – L-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzji tal-Vetturi b'Mutur (Kapitolu 368) u r-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta' Vetturi b'Mutur (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 368.02).

Biex tirreġistra mill-ġdid vettura li qabel kienet reġistrata f'pajjiż ieħor tal-UE, asal wasla sa Transport Malta English.

PJANĊI TAR-REĠISTRAZZJONI TEMPORANJI

Jekk tixtri karozza minn pajjiż ieħor, il-pjanċi ta' reġistrazzjoni ta' tranżitu maħruġa f'pajjiż ieħor tal-UE għandhom jiġu rikonoxxuti f'Malta għall-finijiet ta' sewqan tal-karozza tiegħek lura lejn il-post ta' residenza tiegħek.

Tista' tikseb il-pjanċi ta' tranżitu mill-Vehicle Licensing Unit, Land Transport Directorate, Hornworks Ditch, Floriana, FRN1230, għal €235.00

 

EŻENZJONIJIET MILL-OBBLIGU TA' REĠISTRAZZJONI TA' VETTURA

Bħala ċittadin tal-UE li tiċċaqlaq lejn Malta, tista' tuża l-vettura tiegħek hawnhekk, filwaqt li hi tkun għada reġistrata fil-pajjiż domiċiljari preċedenti.

Tista' tużaha għal seba' xhur skont dawn il-kundizzjonijiet:

  • hi tinġab temporanjament f'Malta għal perjodu, konsekuttiv jew mod ieħor, li ma jeċċedix seba' xhur fi kwalunkwe perjodu ta' tnax-il xahar;
  • minn persuna li għandha r-residenza normali tagħha barra minn Malta;
  • il-persuna ma għandhiex dokument ta' identifikazzjoni legalment valida (Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti ta' Identità oħrajn), jew hi, skont l-Att imsemmi, obbligata li tkun fil-pussess ta' dokument ta' identifikazzjoni legalment validu jew ma nħarġilhiex permess residenzjali f'termini tal-Immigrazzjoni, u,
  • il-vettura hi għal użu privat jew għal użu kummerċjali: bil-kundizzjoni li meta vettura privata reġistrata fil-pajjiż ta' residenza normali tal-utent hi użata b'mod regolari għall-vjaġġ bejn ir-residenza tagħha f'dak il-pajjiż u l-post tax-xogħol tagħha f'negozju f'Malta, l-eżenzjoni mit-taxxa ta' reġistrazzjoni tal-vettura għandha tkun mingħajr kwalunkwe limitu ta' żmien.
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri