Mogħdija tan-navigazzjoni

Mistoqsijiet frekwenti - reġistrazzjoni u taxxi tal-karozzi

  • Ngħix fi Franza. Xtrajt karozza mill-Belġju u ħallast il-VAT fuqha. Issa qed nintalab nerġa' nħallas il-VAT għax se nirreġistra l-karozza fi Franza. Mhux hekk suppost, hux?

    IVA / LE — Ma tistax tiġi mġiegħel tħallas il-VAT f'aktar minn pajjiż wieħed, u l-VAT tal-karozzi tiġi mħallsa fil-pajjiż fejn se jkunu rreġistrati, i.e. fi Franza (mhux fil-pajjiż fejn jinxtraw — ir-regola għall-biċċa l-kbira tal-oġġetti l-oħra).

    Stajt għedt lill-bejjiegħ li kellek l-intenzjoni tirreġistra l-karozza fi Franza. Kont tevita li tħallas il-VAT fil-Belġju.

    Ladarba diġà ħallast il-VAT fil-Belġju, li għandek tagħmel issa hu li tapplika għal rifużjoni tal-VAT mill-awtoritajiet tat-taxxa fil-Belġju, abbażi ta' evidenza mingħand l-awtoritajiet Franċiżi li rreġistrajt il-karozza tiegħek fi Franza fi żmien 6 xhur minn meta ħarġet fit-triq u qabel ma tellgħet 6,000 kilometru.

    Aktar tagħrif dwar:

  • Għandi l-ħsieb li nixtri karozza mill-Ġermanja u nsuqha sa Franza, fejn ngħix. Kif għandi nirreġistraha?  

    Għalkemm il-karozza jkollha tkun irreġistrata fi Franza, xorta għandek bżonn pjanċi Ġermaniżi biex issuqha sa Franza. Jekk il-karozza hija ġdida, għandek tagħmillha pjanċi ta' tranżitu — dan jippermettilek tevita li toqgħod tħallas il-VAT fil-Ġermanja. Jekk hija karozza użata, x'aktarx li jkollok tagħmel reġistrazzjoni normali Ġermaniża, anki jekk għal żmien qasir biss. Tista' tibgħat il-karozza Franza bla ma ssuqha, b'hekk ma jkollok tirreġistraha xejn fil-Ġermanja. Qabbel l-ispejjeż u ara x'jaqbillek.

    Aktar tagħrif dwar:

  • Jiena Ingliż u rtirajt f'Malta. Ġibt il-karozza miegħi, iżda meta rreġistrajtha f'Malta, talbuni nħallas taxxi tal-importazzjoni għoljin iżżejjed. Mela d-dazji tal-importazzjoni ma kinux tneħħew fis-suq uniku tal-Ewropa?

    Iva, id-dazji tal-importazzjoni tneħħew fl-UE. Jista' jkun li dawn l-ispejjeż huma fil-fatt ir-reġistrazzjoni tal-vettura u t-taxxi tat-triq — pagabbli għall-karozzi kollha rreġistrati fit-tali pajjiż, ikun x'ikun il-pajjiż minn fejn jiġu. Dawn it-taxxi mhumiex regolati bil-liġi tal-UE, u trid tħallashom — sakemm ma jiddiskriminawx kontra karozzi importati. Pereżempju, it-taxxa tar-reġistrazzjoni ma għandhiex tkun iktar għolja mill-valur tat-taxxa ta' karozza simili diġà rreġistrata f'Malta.

    Aktar tagħrif dwar:

  • Se nġorr mill-Portugall għall-Belġju u sejra bil-karozza. It-taxxa tar-reġistrazzjoni Portugiża hija għalja ħafna. Mhux inġust li jkolli nerġa' nħallasha meta diġà ħallastha fil-Belġju, meta r-residenti tal-Portugall iħallsuha darba biss għall-istess karozza?

    It-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri mhijiex armonizzata fil-livell tal-UE. Għalhekk, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiċċarġjaw dazju meta karozza tiġi rreġistrata fit-territorju tagħhom għall-ewwel darba. Minħabba l-iżvantaġġi għan-nies bħalek, kull pajjiż tal-UE għandu jiddeċiedi jekk jagħtix eżenzjoni għall-karozzi li jidħlu minn barra minħabba li sidhom ikun mar joqgħod xi mkien ieħor. Għandek tikkuntattja lill-awtoritajiet Portugiżi biex tiskopri jekk il-każ tiegħek jikkwalifikax għal eżenzjoni, u jekk iva, b'liema kondizzjonijiet.

    Aktar tagħrif dwar:

  • Nixtieq nixtri karozza fil-Ġermanja u neħodha lura l-Olanda biex nirreġistraha hemm. Se jkolli nħallas il-VAT darbtejn u mbagħad nitlob rimborż?

    LE —Kull ma trid tagħmel hu li tgħid lill-bejjieġħ Ġermaniż li se tirreġistra l-karozza f'pajjiż ieħor. B'dan il-mod, tħallas il-VAT fl-Olanda biss.

    Aktar tagħrif dwar:

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika