Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
daen
enet
enfisv
enfr
deen
en
enit
enlv
enlt
deenfr
en
ennl
enpl
enpt
ensv
en
Tgħix fejn tgħix fl-UE, għandek tirreġistra l-karozza tiegħek fil-pajjiż fejn normalment tgħix jew fejn għandek ir-residenza permanenti.
Normalment m'intix permess tirreġistra l-karozza f'pajjiż fejn għandek residenza sekondarja jew vileġġjatura.
Ma hemmx liġi komuni għall-UE kollha dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi. L-informazzjoni li ġejja tirrifletti x'jiġri f'ħafna mill-pajjiżi membri.
Biex tirreġistra l-karozza, trid tippreżenta dawn id-dokumenti:
Maħruġ mill-manifattur - juri li l-karatteristiċi tekniki tal-vettura jissodisfaw l-istandards tas-sigurtà u l-ambjent. Jista' jkun ċertifikat Ewropew (KE) jew nazzjonali.
Ċertifikat ta' konformità tal-KE - validu fil- pajjiżi tal-UE.
Jekk il-karozza għandha ċertifikat tal-KE validu, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu dokumentazzjoni teknika addizzjonali - sakemm il-karozza tiegħek ma ġietx modifikata wara li ħarġet mill-fabbrika (f'dak il-każ jistgħu jitolbuk għal approvazzjoni ġdida).
Ċertifikat nazzjonali ta' konformità - validu biss fil-pajjiż li ħarġu.
Ġeneralment għal kowċis, trakkijiet, vannijiet, trejlers u vetturi individwali ta' qabel Mejju 2009 jew karozzi antiki.
Jekk il-karozza diġà rreġistrata u teħodha f'pajjiż ieħor tal-UE, l-awtoritajiet fil-pajjiż il-ġdid normalment jitolbu verifiki tekniki addizzjonali jew ċertifikati qabel jirreġistrawha.
Meta tixtieq tirreġistra karozza li diġà kienet irreġistrata (minnek u jew mis-sid ta' qablek) f'pajjiż ieħor tal-UE, għandek tippreżenta ċ-ċertifikat l-antik lill-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni.
Dan iċ-ċertifikat fih informazzjoni utli dwar il-karozza, għalhekk ir-reġistrazzjoni tkun aktar maljar u effiċjenti.
Meta tirreġistra, trid tippreżenta prova li għandek kopertura tal-assikurazzjoni.
L-awtoritajiet għandhom jaċċettaw il-kopertura mingħand kwalunkwe kumpanija tal-assikurazzjoni:
Għandek imnejn tintalab tipprova li inti d-dentetur legali tal-vettura. Invojsis użati bħala prova ta' xiri għandhom jindikaw b'mod ċar in-numru tal-VAT tal-bejjiegħ tal-karozza.
L-awtoritajiet nazzjonali huma intitolati jiċċekkjaw, meta jirreġistraw vetturi, jekk il-VAT kinetx imħallas kif suppost.
Ir-regoli tal-VAT ivarjaw skont jekk il-karozza hijex ġdida jew użata u jekk tixtrihex mingħand dealer professjonali jew individwu privat.
Għal finijiet tal-VAT, vettura hi meqjusa użata jekk ikollha aktar minn 6 xhur minn meta ħarġet fit-triq l-ewwel darba u jekk tellgħet aktar minn 6,000 km.
Jekk tixtri karozza ġdida mingħand dealer f'wieħed mill-pajjiżi tal-UE, imma se tmur tirreġistraha f'pajjiż ieħor tal-UE fejn tgħix jew fejn sejjer tgħix, għandek tħallas il-VAT biss fil-pajjiż ta' residenza tiegħek.
Biex tevita li tħallas il-VAT darbtejn u toqgħod tirkupraha wara, għid lill-bejjiegħ li għandek l-intenzjoni tirreġistra l-vettura f'pajjiż ieħor tal-UE.
Jekk se tixtri karozza użata mingħand individwu privat, ma għandek għalfejn tħallas il-VAT f'ebda pajjiż.
Jekk se tixtri karozza użata mingħand negozju tal-karozzi użati, teħel il-VAT imma fuq il-profitt biss li sar fuq il-bejgħ tal-karozza użata. Din il-VAT ma tidhirx fl-invojs. Ix-xiri ma jkunx suġġett għall-VAT fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
L-awtoritajiet fil-pajjiż fejn trid tirreġistra l-vettura tiegħek jistgħu l-ewwel jirrekjedu li tagħmel it-test tal-VRT.
Madankollu, huma obbligati jirrikonoxxu ċertifikat ta' affidabbiltà stradali maħruġ minn pajjiż ieħor tal-UE.
Ma hemmx liġi komuni għall-UE kollha dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi u t-taxxa tat-triq. Dawn it-taxxi jkollok tħallashom skont il-liġi tal-pajjiż fejn tgħix jew sejjer tgħix.
Għandek imnejn tkun eleġibbli għal eżenzjoni tat-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tal-vettura meta tibdel il-pajjiż, jekk tiltaqa' ma' kondizzjonijiet u skadenzi relevanti.
Qabel titlaq lejn il-pajjiż il-ġdid, ikkuntattja l-awtoritajiet nazzjonali hemm.
Alex u Flora għadhom kif irtiraw, wara li ħadmu fil-Ġermanja għal dawn l-aħħar 30 sena. Issa jridu jmorru jgħixu l-Portugall u jieħdu l-karozza magħhom.
Fil-Portugall huma eżentati mit-taxxa ta' reġistrazzjoni Portugiża (ISV) jekk jirreġistraw il-karozza fi żmien 6 xhur wara li jħallu l-Ġermanja. L-awtoritajiet Portugiżi jirrekjedu sempliċiment ċertifiakt mill-amministrazzjoni Ġermaniża li juri d-data li fiha telqu mill-pajjiż.
Minħabba li t-taxxa ta' reġistrazzjoni Portugiża tista' tkun għalja sew, jiswa ħafna li Alex u Flora jirreġistraw fil-ħin.
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja