Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Insurance

Aġġornat : 07/03/2013

Validità

X'inhi s-sitwazzjoni tiegħek?

Jien turist

Il-polza tal-assigurazzjoni fuq il-karozza tiegħek minn pajjiżek tkoprik fl- UE jekk int tkorri lil xi ħadd.

Il-pjanċa tan-numru tal-karozza tiegħek hi prova li int għandek assigurazzjoni għar-responsabbiltà. Dan ifisser li l-pulizija f'pajjiż ieħor normalment ma jwaqqfukx sempliċement biex jiċċekkjaw jekk intix inxurjat.

Għalkemm dejjem hu tajjeb li ġġorr miegħek l-irċevuti tal-assigurazzjoni. Dan jirrendi ħajtek aktar faċli jekk tkun involut f'aċċident jew iwaqqfuk il-pulizija.

Storja bħala eżempju

Ġorr miegħek l-irċevuti tal-assigurazzjoni għall-konvenjenza tiegħek stess

Ronaldo twaqqaf minħabba l-veloċità fi Franza. Billi ma kellux miegħu l-irċevuti tal-assigurazzjoni, il-pulizija ġegħlitu jċempel lill-kumpanija tal-assigurazzjoni fil-Portugall biex jipprova li kien inxurjat.

Anki jekk teknikament int ma għandekx għalfejn tagħmel dan, meta ġġorr miegħek l-irċevuti tal-assigurazzjoni dan ikun għalik l-aħjar mezz biex tipprova li int kopert u jista' jiffrankalek il-ħin u l-flus jekk tiltaqa' ma problema barra pajjiżek.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

Footnote

F'dan il-każ, 27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.