Aġġornat : 12/2012
Jeħtieġlek tirreġistra l-karozza tiegħek fil-pajjiż li normalment tgħix fih.
Meta tirreġistra, ikollok tippreżenta prova li għandek kopertura ta' assigurazzjoni.
L-awtoritajiet għandhom jaċċettaw il-kopertura tal-assigurazzjoni minn kull kumpanija tal-assigurazzjoni:
Jeħtieġlek tiċċekkja mal-kumpanija tal-assigurazzjoni jekk il-kuntratt attwali tiegħek ikunx validu fil-pajjiż li se tgħix fih.
Jekk il-kuntratt korrenti tiegħek mhux validu fil-pajjiż fejn sejjer tgħix, ikkuntattja l-uffiċċji nazzjonali tal-kard ħadra / iċ-ċentri għall-informazzjoni biex tistaqsi dwar il-kumpaniji li joffru assigurazzjoni fuq il-karozzi f'dak il-pajjiż.
Tista' titlob lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek meta trid biex tingħata rekord tat-talbiet li tkun għamilt. Huma għandhom jagħtuk dan fi 15-il ġurnata minn meta tkun għamiltilhom it-talba.
Iżda jekk jeħtieġlek li tinxurja ruħek f'pajjiż ieħor tal-UE, il-kumpanija tal-assigurazzjoni l-ġdida mhix obbligata li tqis ir-rekord tat-talbiet preċedenti tiegħek (u kull tnaqqis li din tista' b'mod ieħor tagħmlek eliġibbli) meta jkun ikkalkulat il-premium.
Aktarx li xi kumpaniji tal-assigurazzjoni jikkunsidraw xorta waħda r-rekord tat-talbiet tiegħek, mela ta' min idur ftit.
Lazlo, li twieled is-Slovenja, mar jgħix l-Ingilterra, hu ħa miegħu l-karozza tiegħu, li għaliha għandu polza ta' assigurazzjoni standard Slovena.
Meta jkun l-Ingilterra, hu jeħtieġlu jikkuntattja l-awtoritajiet biex jirreġistra l-karozza tiegħu u jsib jekk jistax isuqha hemm bl-assigurazzjoni Slovena. Jekk dan mhux il-każ, ikollu jinxurja ruħu mill-ġdid fl-Ingilterra.
Rosa hi mill-Italja u reċentement marret tgħix fi Franza. Kienet ilha ssuq għal 10 snin mingħajr ebda talba u b'hekk il-premiums għall-assigurazzjoni Taljana tagħha kienu relattivament irħas.
Diversi kumpaniji tal-assigurazzjoni Franċiżi rrifjutaw li jqisu r-rekord ta' Rosa fl-Italja, għalhekk hi daret ftit sakemm sabet waħda li kienet lesta li tagħmel dan, u li għamlithielha possibbli li takkwista assigurazzjoni b'anqas flus.
F'dan il-każ, 27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja