Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Mistoqsijiet Frekwenti - Validità

  • L-ispiża għall-assigurazzjoni tal-karozza tvarja ħafna bejn il-pajjiżi Ewropej. Ċertament, jekk dan hu suq uniku, għandi nkun nista' nixtri assigurazzjoni f'pajjiżi oħrajn tal-UE?  

    Ir-raġuni għala l-prezzijiet ivarjaw tant hi li l-ispejjeż għadhom jiġu influwenzati mill-kundizzjonijiet lokali f'kull pajjiż, bħall-ammonti minimi ta' kumpens għall-vittmi, ir-regoli għar-responsabbiltà ċivili, u l-ispiża għat-tiswijiet tal-vettura. Anki f'pajjiż wieħed, il-prezzijiet jistgħu jvarjaw skont fejn tkun tgħix.

    Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni wkoll għandhom jikkonformaw ma' ċerti obbligi legali jekk huma jkunu jixtiequ jbigħu poloz ta' assigurazzjoni f'pajjiżi tal-UE fejn ma għandhomx bażi jew fergħat. Dan jispjega għala l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom it-tendenza li joperaw permezz ta' fergħat lokali jew sħab u għaliex tista' ssibha diffiċli, fil-prattika, li ssib kumpanija tal-assigurazzjoni li tkun lesta li toffrilek servizzi ta' assigurazzjoni bejn il-fruntieri.

    Aktar tagħrif dwar:

  • Nista' nżomm il-karozza inxurjata mal-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħi meta mmur ngħix il-Belġju?

    Meta tirreġistra l-karozza tiegħek fil-Belġju – kif jeħtieġ li tagħmel jekk qed tippjana li toqgħod hemm għal aktar minn 6 xhur – ikollok tipprova li għandek kopertura ta' assigurazzjoni. L-awtoritajiet Belġjani jkollhom jaċċettaw il-kopertura ta' assigurazzjoni minn kwalunkwe kumpanija tal-assigurazzjoni Franċiża li hi awtorizzata li tipprovdi s-servizzi fil-Belġju. Iżda jekk issib li l-kumpanija tal-assigurazzjoni Franċiża mhix awtorizzata fil-Belġju, ikollok tfittex kumpanija tal-assigurazzjoni oħra.

    Aktar tagħrif dwar:

  • Xtrajt karozza second-hand fil-Ġermanja u nixtieq insuqha lura lejn Franza. Jeħtieġli ninxurja ruħi fi Franza jew fil-Ġermanja?

    Normalment jeħtieġlek tinxurja ruħek fil-pajjiż fejn il-karozza hi reġistrata. Madankollu, billi int tgħix fi Franza u eventwalment se jkollok il-karozza tiegħek reġistrata hemm, ikollok tuża kumpanija tal-assigurazzjoni Franċiża. Int għandek tagħmilha ċara lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek li se jkun jeħtieġlek kopertura mill-mument li tingħata l-pussess tal-karozza fil-Ġermanja jew mill-mument li din tintbagħat jekk tiddeċiedi li tibgħatha bil-baħar.

    Aktar tagħrif dwar:

  • Nista' nżomm il-karozza tiegħi inxurjata fi Spanja, fejn ngħix, waqt li jsir użu minnha għal sena minn ibni li qed jistudja fil-Portugall?  

    Anki jekk il-karozza tiegħek tibqa' rreġistrata fi Spanja, għandek tiċċekkja l-kuntratt tal-assigurazzjoni tiegħek u tara jekk dan ikoprix is-sitwazzjoni fejn is-sewwieq effettiv tal-karozza hu membru tal-familja li qed jgħix f'pajjiż ieħor tal-UE. Inkella, jekk ibnek ikun involut f'aċċident fil-Portugall, il-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek tista' toġġezzjona li ma kontx informajtha b'bidla fundamentali ta' ċirkostanzi.

    Aktar tagħrif dwar:

  • Kumpanija tal-assigurazzjoni fil-Finlandja, fejn għadni kif mort ngħix, trid tinxurjani bħala sewwieq ġdid, tinjora n-no-claims bonus tiegħi fl-Italja, fejn kont ngħix qabel? Dan jista' jsir?  

    IVA — Dan jista' jsir, iżda dur ftit biex tara jekk tistax issib kumpanija tal-assigurazzjoni Finlandiża differenti li tqis ir-rekord nadif tiegħek fl-Italja. Il-kumpanija tal-assigurazzjoni preċedenti tiegħek għandha meta rikjesta tagħtik ir-rekord tat-talbiet tiegħek.

    Aktar tagħrif dwar:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika