Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 23/06/2016

vehicles

L-assigurazzjoni tal-karozza barra minn pajjiżek

 

Jekk ikollok aċċident barra pajjiżek, tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż fejn iseħħ l-aċċident. Dan ifisser li l-proċess biex titlob kumpens jista' jkun differenti minn dak ta' pajjiżek.

Jekk int involut f'aċċident barra pajjiżek, titlaqx mill-post. Tkellem mas-sewwieq l-ieħor, u ċempel lill- pulizija u/jew lis-servizzi tal-emerġenza, jekk ikun hemm bżonn.

Żgura li tikteb id-dettalji neċessarji dwar il- persuna l-oħra involuta u ċ- ċirkostanzi tal-aċċident.

Rapport ta' aċċident

Għandek timla rapport tal-aċċident fil-post tal-aċċident.

L-assiguratur tiegħek normalment jipprovdik b' formola ta' dikjarazzjoni ta' aċċident. Xi assoċjazzjonijiet tal-assiguraturi żviluppaw formola "Ewropea ta' dikjarazzjoni ta' aċċidenti" komuni. Din tgħinek tiġbor malajr l-informazzjoni kollha meħtieġa u tagħmilha eħfef biex tissetilja kwalunkwe klejm.

Jekk ma għandekx dikjarazzjoni ta' aċċident jew formola, kun ċert li tikteb din l-informazzjoni li ġejja:

  • id-data u l-post tal-aċċident
  • - id-dettalji ta' kwalunkwe korriment, ħsara materjali u xhieda (żgura li tikseb id-dettalji ta' kuntatt tagħhom)
  • id- dettalji ta' kuntatt tas-sewwieq l-ieħor (isem, indirizz, numru tat-telefown)
  • id-dettalji tal-kumpanija tal-assigurazzjoni tas-sewwieq l-ieħor (inkluż in-numru tal-polza)
  • l-informazzjoni dwar il- vettura tas-sewwieq l-ieħor (numru ta' reġistrazzjoni, pajjiż ta' reġistrazzjoni, il-marka u t-tip – u l-istess informazzjoni għal kwalunkwe trejler)
  • id-dettalji ta' kuntatt tal- awtoritajiet tal-pulizija li għandhom ġie rrappurtat l-aċċident
  • iċ- ċirkostanzi tal-aċċident.

Jekk inti u s-sewwieq l-ieħor taqblu dwar iċ-ċirkostanzi tal-aċċident, għandek tiffirma dikjarazzjoni. Din tagħmilha eħfef biex tissetilja l-klejm tal-assigurazzjoni.

Ftakar – tammettix ir-responsabbiltà u ffirma biss ir-rapport tal-aċċident jekk tifhmu bis-sħiħ.

Jekk ma taqblux, l-assiguratur tiegħek se jsolvi t-tilwima mal-assiguratur tas-sewwieq l-ieħor. L-assiguratur se jibbaża r-riżoluzzjoni tat-tilwima fuq ir- rapport tal-pulizija, il-valutazzjoni tal-ħsara jew informazzjoni oħra.

Bħala sostenn għall-klejm tiegħek għandek tiġbor:

  • ritratti
  • dikjarazzjonijiet tax-xhieda u/jew
  • rapport tal-pulizija

Għandek tirrapport l-aċċident lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek anke jekk ma tridx tikklejmja.

 

L-aċċident kien tort tiegħi

Tweġġa' int jew ħaddieħor

L-assigurazzjoni tiegħek minn pajjiżek tkoprik jekk int tweġġa' lil ħaddieħor (responsabbiltà għal terza parti) f'kull pajjiż tal-UE.

Madankollu, kopertura għal tipi oħra ta' ħsara bħal kwalunkwe korriment li ġġarrab int (responsabbiltà għall-ewwel parti), ħsara minħabba nirien, jew serq barra pajjiżek mhix parti standard tal-biċċa l-kbira tal-poloz tal-assigurazzjoni. Għal dawn, jeħtieġlek tiċċekkja mal-assiguratur tiegħek qabel tħalli pajjiżek.

Il-polza tiegħek tal-assigurazzjoni ta' responsabbiltà għal terza parti tkopri l-passiġġieri kollha li jivvjaġġaw fil-vettura tiegħek, apparti s-sewwieq. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, tista' wkoll tirranġa kopertura addizzjonali għall-ewwel parti għax-xufier.

Ħsarat – ammonti

Int kopert għall-ammonti stabbiliti fil-kuntratt tal-assigurazzjoni tiegħek. Il-liġi tal-UE tiggarantixxi kopertura minima ta' responsabbiltà. Jekk tkun involut f'aċċident f'pajjiż ieħor tal-UE, tkun kopert għal tal-anqas l-ammonti li ġejjin:

Għall-korrimenti personali:

  • €1 120 000 għal kull vittma jew
  • €5 600 000 għal kull klejm (ikun xi jkun in-numru ta' vittmi)

Għall-ħsarat fi proprjetà:

  • €1 120 000 għal kull klejm (ikun xi jkun in-numru ta' vittmi)

Jekk il-polza tal-assigurazzjoni tiegħek tiġi minn pajjiż li japplika kopertura ogħla għar-responsabbiltà mill-minimu tal-UE, int tkun kopert sa dak l-ammont fl-UE kollha.

Jekk il- ħsara effettiva taqbeż l-ammont massimu fil-pajjiż fejn sar l-aċċident u int ma għandekx kopertura ogħla fil-polza tal-assigurazzjoni tiegħek, ikollok tħallas id-differenza.

Aktar informazzjoni dwar ir-regoli nazzjonali dwar l-aċċidenti u l-ammonti koperti:

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.

Forsi tkun trid tiċċekkja jekk il-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek toffrix kopertura illimitata għar-responsabbiltà, b'mod speċjali għall-korrimenti personali.

Il-liġi tal-UE tiggarantixxi li int tirċievi l-ogħla ammont tal-kopertura għar-responsabbiltà aċċessibbli – ara l-eżempju hawn taħt.

Storja bħala eżempju

Il-liġi tal-UE tagħtik kopertura massima għar-responsabbiltà

Pajjiżek japplika l-kopertura minima għar-responsabbiltà tal-UE għal ħsarat materejali - €1 120 000. Int tikkawża aċċident f'pajjiż tal-UE ieħor fejn il-kopertura minima għar-responsabbiltà hi aktar minn - €1 200 000. Jekk il-ħsarat materjali li jirriżultaw mill-aċċident ġew stmati li huma €1 180 000, għalhekk aktar minn €60 000 mill-kopertura għar-responsabbiltà stabbilita f'pajjiżek.

Għalkemm ma ftehimtx dwar ammonti ogħla mal-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek, int tkun kopert għal €1 180 000 billi l-liġi tal-UE tapplika l-kopertura għar-responsabbiltà l-aktar vantaġġjuża. F'dan il-każ il-kopertura applikabbli fil-pajjiż fejn seħħ l-aċċident.

L-aċċident ma kienx tort tiegħi 

Aċċidenti li jinvolvu sewwieq li mhux inxurjat

Għid lill-pulizija jekk kellek aċċident li fih kien involut sewwieq li mhux inxurjat jew li jaħrab mill-post tal-aċċident. Il-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek għandha wkoll tagħtik parir.

Tista' tikkuntattja wkoll lill- korp nazzjonali għall-kumpens English tiegħek. Dan jista' jintervieni jekk il-persuna l-oħra tal-vettura ma tkunx inxurjata jew jekk l-assiguratur ma jkunx jista' jiġi identifikat.

Proċedura għal kumpens

Jekk ġarrabt telf, ħsara jew korriment mill-aċċident tista' tikklejmja għal kumpens . Normalment jeħtieġlek tissottometti l-klejm tiegħek sa ċertu żmien - iċċekkja mal-assiguratur tiegħek.

Ressaq il-klejm tiegħek meta m'intix f'pajjiżek

Jeħtieġlek tippreżenta l-klejm tiegħek għal kumpens lill- kumpanija tal-assigurazzjoni English tal-persuna li kkawżat l-aċċident.

Ressaq il-klejm tiegħek meta tmur lura f'pajjiżek

Għandek żewġ għażliet:

1. Tippreżenta l-klejm tiegħek lir- rappreżentant nazzjonali tal-kumpanija tal-assigurazzjoni li tkopri l-persuna li kkawżat l-aċċident.

Ir-rappreżentant tal-klejms f'pajjiżek se jiċċekkja l-informazzjoni u jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jinnegozja r-riżoluzzjoni tal-klejm tiegħek. Biex tkun taf jekk dik il-kumpanija ta' assigurazzjoni għandhiex rappreżentant nazzjonali f'pajjiżek, ikkuntattja l-uffiċċju nazzjonali tal-kard ħadra/iċ-ċentru għall-informazzjoni.

2. Ippreżenta l-klejm tiegħek lill- korp nazzjonali għall-kumpens f'pajjiżek.

Jekk l-assiguratur mill-pajjiż l-ieħor tal-UE ma għandux rappreżentant f'pajjiżek, tista' tibgħat il-klejm tiegħek lill- korp nazzjonali għall-kumpens English . Dan jista' jgħinek ukoll jekk il-persuna l-oħra tal-vettura ma tkunx inxurjata jew jekk l-assiguratur ma jkunx jista' jiġi identifikat.

Storja bħala eżempju

Ippreżenta l-klejm tiegħek fejn ikun l-eħfef għalik

Ignacio jgħix fi Spanja. Matul vaganza fil-Ġermanja, hu safa vittma ta' aċċident tat-traffiku kkawżat minn sewwieq Ġermaniż. Billi Ignacio ma jitkellimx bil-Ġermaniż, sabha diffiċli li jippreżenta l-klejm tiegħu għal kumpens fil-Ġermanja.

Minflok Ignacio ddeċieda li jissottometti l-klejm tiegħu lill-korp nazzjonali tal-kumpens Spanjol meta wasal lura f'pajjiżu. Dan kien ifisser li hu evita l-intopp tal-lingwa u akkwista l-kumpens tiegħu.

3 xhur biex tirċievi offerta ta' kumpens jew tweġiba

Jekk ir- responsabbiltà ma tiġix ikkontestata u l-ħsara tkun ġiet ivvalutata, jeħtieġlek tirċievi tweġiba b'offerta raġunata ta' kumpens fi żmien 3 xhur mis-sottomissjoni tal-klejm għall-kumpens tiegħek.

Jekk mhux ċar ta' min kien it-tort tal-aċċident, jew kemm għandek tirċievi kumpens li għalih int intitolat, għandek tirċievi tweġiba raġunata għall-punti mniżżlin fil-klejm.

Jekk ma tirċevix tweġiba jew offerta fi żmien 3 xhur, int intitolat għall-imgħax fuq l-ammont tal-kumpens offrut mill-assiguratur jew miksub mill-qorti.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri