Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Ftakar, għal emerġenza tkun fejn tkun fl-UE, ċempel il-112 bla ħlas minn kwalunkwe telefown fiss jew mowbajl biex taqbad mas-servizzi tal-emerġenza.
English
deen
daen
enet
deen
en
enit
enlv
enlt
deenfr
enmt
ennl
enpl
enpt
ensv
Imla d-dikjarazzjoni Ewropea ta' aċċident. Dan id-dokument standard, li hu l-istess fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, jgħinek tirrikordja l-fatti u jagħmilhielek eħfef biex tissetilja kull talba.
L-assigurazzjoni tiegħek minn pajjiżek dejjem tkoprik jekk int tweġġa' lil ħaddieħor (ħsara lill-terza parti) f'kull pajjiż tal-UE.
Madankollu, il-kopertura għal tipi oħra ta' ħsarat bħal ħsarat li tbatihom int (assigurazzjoni lill-ewwel parti), ħruq, serq u l-bqija li jiġrulek meta barra pajjiżek mhix parti standard tal-poloz tal-assigurazzjoni.
Għal dawn, jeħtieġlek tiċċekkja mal-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek qabel tħalli pajjiżek.
Il-polza ta' assigurazzjoni għar-responsabbiltà tkopri l-passiġġieri kollha li jivvjaġġaw fil-vettura tiegħek, apparti lix-xufier. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, tista' wkoll tirranġa kopertura addizzjonali għall-"ewwel parti" għax-xufier.
Int kopert għall-ammonti stabbiliti fil-kuntratt tal-assigurazzjoni tiegħek.
Il-liġi tal-UE tiggarantixxi kopertura minima ta' responsabbiltà. Jekk tkun involut f'aċċident f'pajjiż ieħor tal-UE, tkun kopert għal tal-anqas l-ammonti li ġejjin:
għall-korrimenti personali:
għall-ħsarat fi proprjetà:
Jekk il-polza tal-assigurazzjoni tiegħek tiġi minn pajjiż li japplika kopertura ogħla għar-responsabbiltà mill-minimu tal-UE, int tkun kopert sa dak l-ammont fl-UE kollha.
Jekk il-ħsara effettiva taqbeż l-ammont minimu fil-pajjiż fejn sar l-aċċident u int ma għandekx kopertura ogħla fil-polza tal-assigurazzjoni tiegħek, ikollok tħallas id-differenza.
Akkwista aktar informazzjoni dwar ir-regolamenti nazzjonali li jikkonċernaw l-aċċidenti u l-ammonti:
deen
daen
enet
deen
en
enit
enlv
enlt
deenfr
enmt
ennl
enpl
enpt
ensv
Forsi tkun trid tiċċekkja jekk il-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek toffrix kopertura illimitata għar-responsabbiltà, b'mod speċjali għall-korrimenti personali.
Il-liġi tal-UE tiggarantixxi wkoll li int tirċievi l-ogħla ammont tal-kopertura għar-responsabbiltà aċċessibbli – ara l-eżempju hawn taħt.
Pajjiżek japplika l-minimu stabbilit tal-kopertura għar-responsabbiltà tal-UE ta' €1,000,000 għall-ħsarat materjali. Int tikkawża aċċident f'pajjiż ieħor fejn il-kopertura minima għar-responsabbiltà hu ta' €1,200,000. Il-ħsarat materjali ġew stmati li jammontaw għal €1,100,000 – €100,000 aktar mill-ammont applikabbli f'pajjiżek.
Anki jekk ma ftehimtx dwar ammonti ogħla mal-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek, int tkun kopert għal €1,100,000 billi l-liġi tal-UE tapplika l-aktar kopertura vantaġġjuża – f'dan il-każ il-kopertura applikabbli fil-pajjiż fejn ikun seħħ l-aċċident.
F'dan il-każ, 27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja