Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Liċenzja tas-sewqan

Aġġornat : 15/02/2014

vehicles

Validità fil-pajjiżi tal-UE

X'inhi s-sitwazzjoni tiegħek?

Qed ngħix f'pajjiż ieħor tal-UE

Mid-19 ta' Jannar 2013, il-liċenzji tas-sewqan ġodda kollha maħruġa fl-UE jridu jkunu f'għamla ta' "karta tal-kreditu" tal-plastik, b'format standard Ewropew u protezzjoni tas-sigurtà aktar stretta.

Il-liċenzji eżistenti mhumiex affettwati, iżda se jinbidlu fil-format il-ġdid fiż-żmien tat-tiġdid, jew l-aktar tard sal-2033.

Aktar informazzjoni
Validità fil-pajjiżi tal-UEpdf - 89 KB

Liċenzji tas-sewqan tal-UE

Qabel ma tmur f'pajjiż ġdid, kun ċert li l-liċenzja tas-sewqan tiegħek ma skadietx.

Il-liċenzji jew iċ-ċertifikati proviżorji maħruġa f'pajjiżek mhumiex awtomatikament rikonoxxuti f'pajjiżi oħra tal-UE.

Jekk tmur f'pajjiż ieħor, tista' ssuq hemm bil-liċenzja
li għandek bħalissa sakemm tibqa' valida.

Dawn il-kategoriji huma rikonoxxuti kullimkien fl-UE: AM, A1, A2, A, B, BE, B1, B1E, C1, C1E, C, CE, D1, D1E, D u DE

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-liċenzji tas-sewqan kollha li jinsabu fl-idejn bħalissa jkunu fil-format standard tal-UE sal-2033.

Jekk għandek liċenzja tas-sewqan għal ħajtek, se tiġi infurmat mill-pajjiż ta' residenza tiegħek biex tbiddel il-liċenzja tas-sewqan tiegħek ma' waħda b'format standard tal-UE.

It-tiġdid / tibdil tal-liċenzji

Tista' ġġedded il-liċenzja tiegħek (jew tbiddilha ma' liċenzja maħruġa minn pajjiż ieħor) għand l-awtoritajiet tal-pajjiż fejn int resident biss.

Dawn ibiddlulek il-liċenzja oriġinali tiegħek ma' waħda lokali. Imbagħad tkun suġġett għall-istess regoli dwar il-prejodi ta' validità, it-testijiet mediċi, u regoli oħrajn bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Liċenzji tas-sewqan tal-UE maħruġa minflok liċenzja mhux tal-UE

Jekk għandek liċenzja tas-sewqan tal-UE li nħarġet biex tieħu post liċenzja mhux tal-UE fil-pajjiż fejn qed tgħix bħalissa, u tixtieq tmur f'pajjiż ieħor tal-UE bil-liċenzja mibdula tiegħek, ma tistax tassumi li l-liċenzja ġdida tiegħek tkun rikonoxxuta hemmhekk peress li dan jiddependi minn kull pajjiż tal-UE.

Ikollok tiċċekkja mal-awtoritajiet lokali fil-pajjiż il-ġdid tiegħek liema kundizzjonijiet japplikaw għar-rikonoxximent tal-liċenzji mhux tal-UE.

Il-liċenzja tas-sewqan tal-UE li nħarġitlek meta tajthom il-liċenzja ta' pajjiżek għandu jkollha kowd li jindika l-pajjiż fejn inħarġet oriġinarjament (pereżempju: 70.0123456789.NL).

Storja

Angeles hi Ċilena li marret tgħix Spanja ftit snin ilu. Peress li Spanja tirrikonoxxi l-liċenzji tas-sewqan Ċileni, Angeles setgħet tbiddel il-liċenzja tagħha ma' waħda Spanjola wara ftit formalitajiet amministrattivi.

B'din il-liċenzja ġdida, Angeles tista' ssuq fl-UE kollha. Madankollu, jekk qatt tiddeċiedi li minn Spanja tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, ikollha tiċċekkja mal-awtoritajiet hemmhekk jekk jirrikonoxxux il-liċenzja Spanjola tagħha.

Jekk il-pajjiż il-ġdid jirrikonoxxi awtomatikament il-liċenzja Ċilena oriġinali tagħha, tista' tkompli ssuq bil-liċenzja Spanjola mibdula tagħha. Jekk le, ikollha titlob formalment li l-liċenzja Ċilena tagħha tiġi rikonoxxuta jew mibdula fil-pajjiż il-ġdid.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.