Skambju u rikonoxximent tal-liċenzji tas-sewqan fl-UE

Skambju tal-liċenzji tas-sewqan fl-UE

Jista' jkollok biss liċenzja tas-sewqan waħda tal-UE. Jekk tmur tgħix f' pajjiż ieħor tal-UE, normalment ma jkollokx tiskambja l-liċenzja tiegħek ma' waħda lokali. Madankollu, jekk tixtieq, tista' volontarjament tibdilha ma' waħda ekwivalenti fil-pajjiż ta' residenza l-ġdid tiegħek.

Skambju volontarju tal-liċenzja tas-sewqan tiegħek f'pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tixtieq tiskambja b'mod volontarju l-liċenzja tas-sewqan tiegħek trid tkun resident ta' dak il-pajjiż u tissodisfa l- kundizzjonijiet għal liċenzja tas-sewqan (eż. tkun ilħaqt l-età minima, l-istat tas-saħħa tiegħek jippermettilek issuq, eċċ.).

Qabel ma l-awtoritajiet jiskambjaw il-liċenzja tas-sewqan tiegħek, se jikkuntattjaw lill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' residenza preċedenti tiegħek biex jaraw li l-liċenzja tas-sewqan tiegħek ma tkunx ġiet ristretta, sospiża jew irtirata. Jekk tiskambja liċenzja antika, tinħariġlek waħda bil-format standard il-ġdid (karta tal-plastik, daqs karta tal-kreditu b'ritratt, li ilha disponibbli mill-2013).

Skambju obbligatorju tal-liċenzja tas-sewqan tiegħek f'pajjiż ieħor tal-UE

Ikollok tiskambja l-liċenzja tas-sewqan tiegħek jekk:

  • Il-liċenzja tiegħek tintiliflek, tinsteraqlek jew titgħarraqlek
  • Wara sentejn ta' residenza abitwali, jekk għandek liċenzja tas-sewqan b'perjodu ta' validità indefinit (jekk ikun rikjest mill- awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiż fejn tgħix)
  • Twettaq reat tat-traffiku fil-pajjiż fejn tgħix

Twissija

Meta tiskambja l-liċenzja tas-sewqan oriġinali tiegħek ma' waħda lokali, se tkun suġġett għar-regoli dwar is-sewqan ta' dak il-pajjiż (pereżempju, dwar il-perjodi ta' validità u l-eżamijiet mediċi).

Storja bħala eżempju

Monica tgħix Ċipru u għandha liċenzja tas-sewqan Taljana li tgħarrqitilha. Biex tikseb liċenzja ġdida, ikollha tibdel il-liċenzja Taljana ma' waħda Ċiprijotta. Hi se tirċievi liċenzja minn Ċipru b'perjodu ta' validità ta' 15-il sena, minflok ta' 10 snin bħal fl-Italja.

Sib ukoll x'għandek tagħmel jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tintiliflek jew tinsteraqlek waqt li tkun qed tivvjaġġa f'pajjiż ieħor.

Rikonoxximent tal-liċenzji tas-sewqan fl-UE

Il-liċenzja tas-sewqan tiegħek hija rikonoxxuta fl-UE kollha jekk għandek:

Jekk għandek liċenzja bi stil antik tal-UE, xorta tista' tużaha fil-pajjiżi kollha tal-UE. Jekk iġġeddidha tinħariġlek waħda bil-mudell standard tal-liċenzja tal-UE. Inkella trid tibdilha sa mhux aktar tard mill-2033.

Il-liċenzji tas-sewqan tal-UE validi għall-ħajja huma rikonoxxuti fil-pajjiżi kollha tal-UE. Madankollu, għandek tiċċekkja mal-awtoritajiet nazzjonali meta jkollok tiskambjaha ma' liċenzja bil-mudell standard ġdid

Il-liċenzji proviżorji jew temporanji u l-permessi tas-sewqan internazzjonali (jew kwalunkwe ċertifikat maħruġ f'pajjiżek) mhumiex regolati fil-livell tal-UE u jistgħu ma jkunux rikonoxxuti f'pajjiżi oħra tal-UE.

Jekk għandek liċenzja tas-sewqan proviżorja u qed tiċċaqlaq lejn pajjiż ieħor tal-UE għandek tiċċekkja r-regoli mal- awtorità nazzjonali tal-liċenzji tas-sewqan fil-pajjiż fejn se tmur tgħix.

Xi pajjiżi tal-UE għandu mnejn jirrikonoxxu liċenzji maħruġa f'għadd ta' pajjiżi li mhumiex fl-UE. Jekk għandek liċenzja tas-sewqan tal-UE li nħarġet biex tieħu post liċenzja mhux tal-UE, u tixtieq tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, għandek tkun taf li l-liċenzja ġdida tiegħek għandu mnejn ma tkunx rikonoxxuta hemmhekk.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-liċenzji mhux tal-UE mal- awtoritajiet lokali fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.Jekk għandek liċenzja tas-sewqan tar-Renju Unit, aqra r-regoli għall-iskambju tagħha fuq is-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit en .

Storja bħala eżempju

Angeles hi Ċilena li marret tgħix Spanja ftit snin ilu. Peress li Spanja tirrikonoxxi l-liċenzji tas-sewqan Ċileni, Angeles setgħet tibdel il-liċenzja tagħha ma' waħda Spanjola wara li tissodisfa xi formalitajiet amministrattivi.

Angeles hija libera li ssuq fl-UE b'din il-liċenzja l-ġdida. Madankollu, jekk tiddeċiedi li minn Spanja tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, ikollha tiċċekkja mal-awtoritajiet hemmhekk jekk jirrikonoxxux il-liċenzja Spanjola tagħha.

Jekk il-pajjiż il-ġdid jirrikonoxxi awtomatikament il-liċenzja Ċilena oriġinali tagħha, tista' tkompli ssuq bil-liċenzja Spanjola skambjata tagħha. Jekk le, ikollha titlob formalment li l-liċenzja Ċilena tagħha tiġi rikonoxxuta jew skambjata fil-pajjiż il-ġdid.

Skopri aktar dwar it-tip tal-liċenzja tiegħek Iftaħ bħala link estern , inkluż kif inhi, l-aspetti tas-sigurtà tagħha, u l-intitolamenti u l-kategoriji ta' vetturi elenkati fiha.

Informazzjoni speċifika għall-pajjiż

Iċċekkja r-regoli dwar l-iskambju u r-rikonoxximent tal-liċenzji tas-sewqan fil-pajjiż fejn tgħix:

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 12/09/2023
Ikkondividi din il-paġna