Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 11/05/2015

vehicles

Il-validità tal-liċenzja tas-sewqan fl-UE

X'inhi s-sitwazzjoni tiegħek?

Qed ngħix f'pajjiż ieħor tal-UE

Mid-19 ta' Jannar 2013, il- liċenzji tas-sewqan ġodda kollha maħruġa fl-UE jridu jkunu f'għamla ta' "karta tal-kreditu" tal-plastik, b'format standard Ewropew u protezzjoni tas-sigurtà aktar stretta.

Il-liċenzji eżistenti mhumiex affettwati, iżda se jinbidlu fil-format il-ġdid fiż-żmien tat-tiġdid, jew l-aktar tard sal-2033.

Aktar informazzjoni български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Validità fil-pajjiżi tal-UE

Liċenzji tas-sewqan tal-UE

Qabel ma tmur f'pajjiż ġdid, kun ċert li l-liċenzja tas-sewqan tiegħek ma skadietx.

Il- liċenzji jew iċ-ċertifikati proviżorji maħruġa f'pajjiżek mhumiex awtomatikament rikonoxxuti f' pajjiżi oħra tal-UE.

Jekk tmur f'pajjiż ieħor, tista' ssuq hemm bil-liċenzja

li għandek bħalissa sakemm tibqa' valida.

Dawn il- kategoriji huma rikonoxxuti kullimkien fl-UE: AM, A1, A2, A, B, BE, B1, B1E, C1, C1E, C, CE, D1, D1E, D u DE

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-liċenzji tas-sewqan kollha li jinsabu fl-idejn bħalissa jkunu fil-format standard tal-UE sal-2033.

Jekk għandek liċenzja tas-sewqan għal ħajtek, se tiġi infurmat mill-pajjiż ta' residenza tiegħek biex tbiddel il-liċenzja tas-sewqan tiegħek ma' waħda b'format standard tal-UE.

It-tiġdid / tibdil tal-liċenzji

Tista' ġġedded il-liċenzja tiegħek (jew tbiddilha ma' liċenzja maħruġa minn pajjiż ieħor) għand l-awtoritajiet tal- pajjiż fejn int resident biss.

Dawn ibiddlulek il-liċenzja oriġinali tiegħek ma' waħda lokali. Imbagħad tkun suġġett għall-istess regoli dwar il-prejodi ta' validità, it-testijiet mediċi, u regoli oħrajn bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Liċenzji tas-sewqan tal-UE maħruġa minflok liċenzja mhux tal-UE

Jekk għandek liċenzja tas-sewqan tal-UE li nħarġet biex tieħu post liċenzja mhux tal-UE fil-pajjiż fejn qed tgħix bħalissa, u tixtieq tmur f'pajjiż ieħor tal-UE bil-liċenzja mibdula tiegħek, ma tistax tassumi li l-liċenzja ġdida tiegħek tkun rikonoxxuta hemmhekk peress li dan jiddependi minn kull pajjiż tal-UE.

Ikollok tiċċekkja mal-awtoritajiet lokali fil-pajjiż il-ġdid tiegħek liema kundizzjonijiet japplikaw għar-rikonoxximent tal-liċenzji mhux tal-UE.

Il-liċenzja tas-sewqan tal-UE li nħarġitlek meta tajthom il-liċenzja ta' pajjiżek għandu jkollha kowd li jindika l-pajjiż fejn inħarġet oriġinarjament (pereżempju: 70.0123456789.NL).

Storja

Angeles hi Ċilena li marret tgħix Spanja ftit snin ilu. Peress li Spanja tirrikonoxxi l-liċenzji tas-sewqan Ċileni, Angeles setgħet tbiddel il-liċenzja tagħha ma' waħda Spanjola wara ftit formalitajiet amministrattivi.

B'din il-liċenzja ġdida, Angeles tista' ssuq fl-UE kollha. Madankollu, jekk qatt tiddeċiedi li minn Spanja tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, ikollha tiċċekkja mal-awtoritajiet hemmhekk jekk jirrikonoxxux il-liċenzja Spanjola tagħha.

Jekk il-pajjiż il-ġdid jirrikonoxxi awtomatikament il-liċenzja Ċilena oriġinali tagħha, tista' tkompli ssuq bil-liċenzja Spanjola mibdula tagħha. Jekk le, ikollha titlob formalment li l-liċenzja Ċilena tagħha tiġi rikonoxxuta jew mibdula fil-pajjiż il-ġdid.

Jien turist

Mid-19 ta' Jannar 2013, il- liċenzji tas-sewqan ġodda kollha maħruġa fl-UE jridu jkunu f'għamla ta' "karta tal-kreditu" tal-plastik, b'format standard Ewropew u protezzjoni tas-sigurtà aktar stretta.

Il-liċenzji eżistenti mhumiex affettwati, iżda se jinbidlu fil-format il-ġdid fiż-żmien tat-tiġdid, jew l-aktar tard sal-2033.

Aktar informazzjoni български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Qabel ma titlaq, kun ċert li l-liċenzja tas-sewqan tiegħek ma skadietx. Ma tistax issuq f'pajjiż ieħor b'liċenzja jew ċertifikat proviżorji.

Liċenzji tas-sewqan tal-UE

Jekk il-liċenzja tiegħek hi minn pajjiż tal-UE, tista' tużaha kullimkien fl-UE.

Dawn il- kategoriji huma rikonoxxuti fl-UE kollha: AM, A1, A2, A, B, BE, B1, B1E, C1, C1E, C, CE, D1, D1E, D u DE

Liċenzji tas-sewqan tal-UE (maħruġa minflok liċenzja mhux tal-UE

Jekk kellek tbiddel il-liċenzja mhux tal-UE tiegħek ma' waħda tal-UE fil-pajjiż fejn qed tgħix issa, tista' ssuq b'din kullimkien fl-UE.

Liċenzji tas-sewqan mhux tal-UE

Jekk tixtieq issuq fl-UE b'liċenzja li mhix tal-UE, jekk jogħġbok ikkuntattja l-awtoritajiet tal-pajjiż li se żżur, jew ikkuntattja l-ambaxxata jew il-konsulat tiegħek f'dak il-pajjiż.

Storja

Adolexxenti: Oqgħod attent għal restrizzjonijiet tal-età differenti fil-pajjiżi tal-UE

Sofia għandha 14-il sena u ġabet il-liċenzja taċ-ċiklomuturi fl-Italja. Tixtieq issuq ċiklomutur fil-Belġju, iżda l-età minima għas-sewqan taċ-ċiklomuturi fil-Belġju hi ta' 16-il sena.

Sofia jkollha tistenna sakemm tagħlaq 16-il sena qabel ma tkun tista' ssuq ċiklomutur fil-Belġju. F'dak il-jum, il-liċenzja Taljana tagħha ssir valida u tkun tista' ssuq mingħajr ma jkollha bżonn tagħmel test tas-sewqan Belġjan.

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 pajjiż membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.