Mogħdija tan-navigazzjoni
IVA — Il-liċenzji kollha tal-UE huma rikonoxxuti kullimkien fl-UE. Il-kategoriji rikonoxxuti fl-UE huma: AM, A1, A2, A, B, BE, B1, B1E, C1, C1E, C, CE, D1, D1E, D u DE.
Aktar tagħrif dwar:
YES — Jeżistu żewġ tipi ta' triċikli, dawk ħfief (kategorija A1) u dawk itqal (kategorija A). Jista' jkun hemm rekwiżiti differenti għat-triċikli u l-muturi bħall-età.
Aktar tagħrif dwar:
Jekk għad għandek 17-il sena, xi pajjiżi jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-liċenzja B tiegħek (p.e. għall-karozzi). Iżda jekk issa għandek 18-il sena jew aktar, il-pajjiżi l-oħra tal-UE għandhom jirrikonoxxu l-liċenzja B tiegħek anke jekk din inħarġitlek meta kellek biss 17-il sena.
Aktar tagħrif dwar:
IVA — Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek inħarġet minn pajjiż tal-UE u ssemmi perjodu ta' validitià ta' 10 snin jew 15-il sena, tibqa' valida sakemm tiskadi. Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-liċenzji tas-sewqan kollha li jinsabu fl-idejn bħalissa jkunu fil-format standard tal-UE sal-2033.
LE — Jekk għandek liċenzja tas-sewqan b'perjodu ta' validitià itwal, eż. għal ħajtek, trid tinbidel sat-19 ta' Jannar 2033. Barra minn hekk, jekk tieħu r-residenza f'pajjiż ieħor tal-UE, tista' tintalab tbiddel il-liċenzja tas-sewqan ma' waħda lokali wara sentejn.
Aktar tagħrif dwar:
Il-liċenzja tas-sewqan internazzjonali mhi xejn ħlief traduzzjoni ċertifikata tal-liċenzja tas-sewqan Brażiljana tiegħek. Tista' tuża l-liċenzja internazzjonali fil-Portugall biss għax il-Portugall jirrikonoxxi l-liċenzji Brażiljani. Iżda jekk tmur f'pajjiż ieħor tal-UE li ma jirrikonoxxix il-liċenzja Brażiljana tiegħek, il-liċenjza internazzjonali ma tiswa għal xejn. Ir-regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku japplikaw biss għal-liċenzji li jinħarġu oriġinarjament mill-UE.
Aktar tagħrif dwar:
LE — Ħadd ma jista' jkollu iktar minn liċenzja tas-sewqan waħda — lanqas jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek ġiet sospiża minħabba projbizzjoni tas-sewqan.
Aktar tagħrif dwar:
Jiddependi jekk intix resident fi Spanja jew le. Jekk int, il-projbizzjoni tapplika fid-dinja kollha, inkluż fil-Belġju. Jekk m'intix, tapplika biss fi Spanja u l-awtoritajiet Spanjoli għandhom jagħtuk il-liċenzja lura meta titlaq mill-pajjiż.
Aktar tagħrif dwar: