Mogħdija tan-navigazzjoni
Peress li l-liċenzja tiegħek inħarġet minn pajjiż tal-UE, din tkun rikonoxxuta kullimkien fl-UE. Jekk tkun għadha valida, ma jkollokx għalfejn tbiddilha ma' liċenzja Bulgara mill-ewwel - madankollu, ikollok tbiddilha qabel l-2033 meta l-liċenzji tas-sewqan kollha li jinsabu fl-idejn bħalissa jridu jkunu f'format standard tal-UE. Jekk il-liċenzja oriġinali tiegħek inħarġet minn pajjiż mhux tal-UE u biddiltha ma' liċenzja lokali Griega, il-Bulgarija mhux bilfors tirrikonoxxiha.
Aktar tagħrif dwar:
Il-liċenzji tas-sewqan tal-kategorija għat-trakters mhumiex suġġetti għal regoli komuni tal-UE u l-awtoritajiet Franċiżi jistgħu jagħżlu li jirrikonoxxuha jew le. Jekk jirrikonoxxuha, l-awtoritajiet Franċiżi se jniżżlu din l-informazzjoni fuq il-liċenjza Franċiża l-ġdida.
Aktar tagħrif dwar:
Jekk għad għandek 17-il sena, xi pajjiżi jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-liċenzja B tiegħek (p.e. għall-karozzi). Iżda jekk għandek 18-il sena jew aktar, il-pajjiżi l-oħra tal-UE għandhom jirrikonoxxu l-liċenzja B tiegħek anke jekk inħarġitlek meta kellek biss 17-il sena.
Aktar tagħrif dwar:
IVA — Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek inħarġet f'pajjiż tal-UE, tibqa' valida kullimkien fl-Ewropa sakemm tiskadi. Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-liċenzji tas-sewqan kollha li jinsabu fl-idejn bħalissa jkunu fil-format standard tal-UE sal-2033.
Jekk għandek liċenzja tas-sewqan għal ħajtek se tiġi infurmat mill-pajjiż ta' residenza tiegħek meta għandek tbiddel il-liċenzja tas-sewqan tiegħek.
Aktar tagħrif dwar:
Il-liċenzja tas-sewqan internazzjonali mhi xejn ħlief traduzzjoni ċertifikata tal-liċenzja tas-sewqan Brażiljana tiegħek. Tista' tużaha biss fil-Portugall għax il-Portugall jirrikonoxxi l-liċenzji Brażiljani. Iżda jekk tmur f'pajjiż ieħor tal-UE li ma jirrikonoxxix il-liċenzja Brażiljana tiegħek, il-liċenjza internazzjonali ma tiswa għal xejn. Ir-regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku japplikaw biss għal-liċenzji li jinħarġu oriġinarjament mill-UE.
Aktar tagħrif dwar:
IVA — iżda jekk il-liċenzja tiegħek hi valida għal tul ta' żmien li jaqbeż il-perjodu permess mir-regoli tal-UE biss. F'dan il-każ l-awtoritajiet Olandiżi jistgħu jitolbuk tbiddel il-liċenzja tiegħek ma' waħda Olandiża. Penali għal reati tas-sewqan imwettqa fil-pajjiż ta' residenza jistgħu jirriżultaw ukoll li jkollok tbiddel il-liċenzja tas-sewqan tiegħek.
F'każijiet oħra, normalment m'intix rikjest li tbiddel il-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiż ieħor tal-UE, għalkemm tista' tagħżel li tagħmel dan.
Aktar tagħrif dwar:
LE — L-awtoritajiet Taljani jistgħu japplikaw ir-regoli tal-UE dwar il-validità iżda mhux qabel sentejn ta' residenza normali.
Aktar tagħrif dwar:
LE — Tista' tapplika biss fil-pajjiż ta' residenza tiegħek, jiġifieri fejn tgħix normalment il-parti l-kbira tas-sena. L-istess japplika jekk trid tikseb liċenzja ġdida (wara telf jew serq), jew biex iżżid kategorija ġdida magħha (f'liema każ ikollok tbiddel il-liċenzja tiegħek ma' waħda lokali).
Aktar tagħrif dwar:
Billi tattendi università jew skola f'pajjiż ieħor tal-UE ma jfissirx li biddilt il-pajjiż ta' residenza tiegħek. Għalhekk, ikollok tapplika għal liċenzja tas-sewqan fl-Irlanda.
Aktar tagħrif dwar:
LE — ħadd ma jista' jkollu iktar minn liċenzja tas-sewqan waħda – lanqas jekk il-liċenzja tiegħek itteħditlek, ma tistax tinħariġlek it-tieni waħda minn pajjiż ieħor tal-UE.
Aktar tagħrif dwar:
LE — L-awtoritajiet għandhom jirrikonoxxu l-liċenzja tas-sewqan bla formalitajiet.
Aktar tagħrif dwar:
Dan jiddependi fuq jekk il-liċenzja oriġinali tiegħek inħarġitx minn pajjiż tal-UE:
IVA — Il-liċenzja li għandek bħalissa hi rikonoxxuta kullimkien fl-UE. Iżda, il-pajjiż li jospitak jista' jitolbok tbiddilha ma' waħda lokali jekk il-liċenzja li għandek bħalissa ma ssemmix il-perjodu ta' validità ta' 10 snin jew 15-il sena.
Pereżempju, jekk biddilt il-liċenzja Amerikana tiegħek ma' waħda Franċiża waqt li kont qed tgħix Franza, iżda issa se tmur l-Isvezja, l-Isvezja tista' tiddeċiedi li tirrikonoxxi l-liċenzja Franċiża tiegħek. Jekk le, probabbilment ikollok tikseb waħda Svediża wara li terġa' tagħmel it-test tas-sewqan fl-Isvezja.
Jekk din hi s-sitwazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja l-awtoritajiet fil-pajjiż il-ġdid biex issir taf jekk il-liċenzja tiegħek tkunx rikonoxxuta.
Aktar tagħrif dwar:
Ikollok tiksibha mill-pajjiż ta' oriġini tiegħek, peress li billi tattendi università jew skola f'pajjiż ieħor tal-UE ma jfissirx li biddilt il-pajjiż ta' residenza tiegħek.
Aktar tagħrif dwar:
UĦUD MINNHOM HUMA — Dawn il-kategoriji huma rikonoxxuti kullimkien fl-UE: AM, A1, A2, A, B, BE, B1, B1E, C1, C1E, C, CE, D1, D1E, D u DE
UĦUD MINNHOM MHUMIEX — Uħud minnhom huma biss nazzjonali.
Pereżempju, il-kategorija għat-trakters fuq il-liċenzji tar-Renju Unit mhux bilfors tiġi rikonoxxuta f'pajjiż ieħor tal-UE fejn tkun qed tipprova tbiddel il-liċenzja tiegħek ma' waħda lokali.
F'dan il-każ, ikun f'idejn l-awtorità nazzjonali kkonċernata li tiddeċiedi tagħtikx il-kategorija ekwivalenti fuq il-liċenzja l-ġdida tiegħek.
Aktar tagħrif dwar:
Applika għand l-awtoritajiet fil-pajjiż fejn int resident bħalissa. Jekk/Meta tikseb il-kategorija l-ġdida, il-liċenzja oriġinali tiegħek tinbidillek u jkollok waħda ġdida.
Aktar tagħrif dwar:
LE — Projbizzjoni tas-sewqan maħruġa mill-pajjiż fejn int resident tapplika fil-pajjiżi kollha.
Aktar tagħrif dwar:
IVA — Projbizzjoni tas-sewqan minn pajjiż li tkun qed iżżur tapplika biss f'dak il-pajjiż. Meta titlaq, l-awtoritajiet għandhom jagħtuk il-liċenzja lura.
Aktar tagħrif dwar: