Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Jekk titlef il-liċenzja tas-sewqan tiegħek jew jekk tinsteraqlek waqt li tkun qed tivvjaġġa f'pajjiż ieħor, għandek tikkuntattja l-pulizija lokali u l-konsulat jew l-ambaxxata ta' pajjiżek biex issib x'għandek tagħmel.
Jistgħu joħorġulek dokument proviżorju li jippermettilek issuq f'dak il-pajjiż għal żmien qasir.
Il-liċenzji u ċ-ċertifikati proviżorji maħruġa biex jieħdu post għal żmien temporanju l-liċenzji mitlufa jew misruqa mhumiex awtomatikament rikonoxxuti f'pajjiżi oħra tal-UE.
Meta terġa' lura fil-pajjiż ta' residenza tiegħek għandek tistaqsi lill-awotirtà lokali tiegħek biex joħorġulek liċenzja tas-sewqan ġdida.
Il-liċenzji li jiskadu matul btala barra minn pajjiżek isiru awtomatikament invalidi u jistgħu ma jiġux rikonoxxuti f'pajjiżi oħra.
Peress li tista' ġġedded il-liċenzja tas-sewqan fil-pajjiż fejn int resident, kun ċert qabel ma ssiefer li l-liċenzja tiegħek se tkun valida għaż-żmien kollu li tkun se tivvjaġġa.
Henrik, li jgħix id-Danimarka, ippjana li jżur il-Ġermanja, Franza u l-Italja għall-btala tiegħu. Sfortunatament, tilef il-kartiera flimkien mal-liċenzja tas-sewqan meta kien il-Ġermanja fil-bidu tal-btala tiegħu.
Bla liċenzja, jista' jiġi mmultat jekk iwaqqfuh il-pulizija.
Henrik ikkuntattja lill-ambaxxata Daniża fil-Ġermanja, u qalulu biex jiddikjara t-telf mal-pulizija lokali. L-ambaxxata Daniża tatu wkoll ċertifikat li jiddikjara li hu detentur legali ta' liċenzja tas-sewqan Daniża.
Henrik imbagħad ikkuntattja lill-awtoritajiet Taljani u Franċiżi biex jiċċekkja jekk jirrikonoxxux iċ-ċertifikat proviżorju maħruġ mill-awtoritajiet Daniżi.
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja