Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 01/10/2014

vehicles

Telf, serq, tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan

X'inhi s-sitwazzjoni tiegħek?

Qed ngħix f'pajjiż ieħor tal-UE

Liċenzja mitlufa jew misruqa

Jekk titlef il-liċenzja tas-sewqan jew tinsteraqlek, jeħtieġ li tapplika għal waħda ġdida fil-pajjiż li int resident tiegħu.

It-tiġdid ta' liċenzja

Il-liċenzja tas-sewqan tista' tinħariġlek biss mill-awtoritajiet fil-pajjiż fejn int resident.

Dawn ibiddlulek il-liċenzja oriġinali tiegħek ma' waħda lokali. Imbagħad tkun suġġett għall-istess regoli dwar il-prejodi ta' validità, it-testijiet mediċi, u regoli oħrajn bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Storja

Biddel liċenzja skaduta ma' waħda lokali

Monica tgħix il-Belġju u għandha liċenzja Taljana li dalwaqt tiskadilha. Ikollha tbiddel il-liċenzja Taljana ma' waħda Belġjana. Hi se tirċievi liċenzja Belġjana b'perjodu ta' validità ta' 15-il sena, minflok ta' 10 snin bħal fl-Italja.

Jien turist

Liċenzji mitlufa jew misruqa

Jekk titlef il-liċenzja tas-sewqan tiegħek jew jekk tinsteraqlek waqt li tkun qed tivvjaġġa f'pajjiż ieħor, għandek tikkuntattja l-pulizija lokali u l-konsulat jew l-ambaxxata ta' pajjiżek biex issib x'għandek tagħmel.

Jistgħu joħorġulek dokument proviżorju li jippermettilek issuq f'dak il-pajjiż għal żmien qasir.

Il-liċenzji u ċ-ċertifikati proviżorji maħruġa biex jieħdu post għal żmien temporanju l-liċenzji mitlufa jew misruqa mhumiex awtomatikament rikonoxxuti f'pajjiżi oħra tal-UE.

Meta terġa' lura fil-pajjiż ta' residenza tiegħek għandek tistaqsi lill-awotirtà lokali tiegħek biex joħorġulek liċenzja tas-sewqan ġdida.

It-tiġdid tal-liċenzji

Il-liċenzji li jiskadu matul btala barra minn pajjiżek isiru awtomatikament invalidi u jistgħu ma jiġux rikonoxxuti f'pajjiżi oħra.

Peress li tista' ġġedded il-liċenzja tas-sewqan fil-pajjiż fejn int resident, kun ċert qabel ma ssiefer li l-liċenzja tiegħek se tkun valida għaż-żmien kollu li tkun se tivvjaġġa.

Storja

Iċċekkja f'kull pajjiż li se żżur li dawn jirrikonoxxu liċenzja proviżorja

Henrik, li jgħix id-Danimarka, ippjana li jżur il-Ġermanja, Franza u l-Italja għall-btala tiegħu. Sfortunatament, tilef il-kartiera flimkien mal-liċenzja tas-sewqan meta kien il-Ġermanja fil-bidu tal-btala tiegħu.

Bla liċenzja, jista' jiġi mmultat jekk iwaqqfuh il-pulizija.

Henrik ikkuntattja lill-ambaxxata Daniża fil-Ġermanja, u qalulu biex jiddikjara t-telf mal-pulizija lokali. L-ambaxxata Daniża tatu wkoll ċertifikat li jiddikjara li hu detentur legali ta' liċenzja tas-sewqan Daniża.

Henrik imbagħad ikkuntattja lill-awtoritajiet Taljani u Franċiżi biex jiċċekkja jekk jirrikonoxxux iċ-ċertifikat proviżorju maħruġ mill-awtoritajiet Daniżi.

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE / Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.