Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 11/05/2015

vehicles

VAT fuq karozzi li nxtraw minn pajjiż ieħor

Karozzi ġodda

Meta tixtri karozza ġdida f'pajjiż ieħor tal-UE bil-ħsieb li teħodha lura miegħek f'pajjiżek (fl-UE), inti eżentat milli tħallas il-VAT fil-pajjiż fejn xtrajtha.

Ikollok tħallas il-VAT fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza

'Karozza ġdida' hija karozza li għadha għamlet inqas minn 6,000 km jew li għandha inqas minn sitt xhur.

Karozzi użati

Meta tixtri karozza użata mingħand individwu privat, ma tħallasx VAT la fil-pajjiż fejn tixtriha u lanqas f'pajjiżek.

Jekk il-bejjiegħ ikun dealer professjonali, ikollok tħallas l-ammont tal-VAT applikabbli fil-pajjiż fejn tixtri l-karozza. Ma tħallasx VAT f'pajjiżek.

'Karozza użata' hija waħda li jkollha aktar minn sitt xhur  u li għamlet aktar minn 6,000 km.

Tixtri minn fejn tixtri l-karozza, ikollok tħallas il-flus għar-reġistrazzjoni tal-karozza fil-pajjiż fejn inti residenti.

[113 KB] Jistgħu japplikaw xi eċċezzjonijiet pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf , iżda qatt m'għandek tħallas il-VAT darbtejn fuq l-istess oġġett.

Għajnuna u pariri

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.