Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 13/03/2017

Il-VAT meta tixtri jew tbigħ karozza

Meta tixtri jew tbigħ karozza ġdida jew użata f'pajjiż tal-UE ieħor, xi drabi jkun diffiċli tikkalkula t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li trid tħallas, jekk xejn, u f'liema pajjiż għandek tħallasha.

Uża l-għodda hawn taħt biex tikkalkula l-VAT li trid tħallas jew li trid tiċċarġja meta tixtri jew tbigħ karozza fl-UE.

Għall-iskopijiet tal-VAT, trejlers u vetturi oħrajn bil-mutur huma ntaxxati bl-istess mod bħall-karozza. Iċċekkja r- rati tal-VAT applikati f'kull pajjiż tal-UE.

Inti dejjem għandek tirreġistra l-karozza tiegħek fil-pajjiż ta' residenza tiegħek u tħallas kwalunkwe taxxi ta' reġistrazzjoni u tat-triq assoċjati, tħallas jew ma tħallasx il-VAT.

Inti se tixtri jew se tbigħ il-karozza tiegħek?

Trid tħallas il-VAT fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza, li normalment hu l-pajjiż fejn tgħix.

Trid tħallas il-VAT fuq il-prezz totali tal-karozza - dan jinkludi kwalunkwe aċċessorji jew spejjeż assoċjati, bħall-ispejjeż tal-konsenja.

Jekk tħallas il-VAT darbtejn, fil-pajjiż tal-akkwist u fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni, inti intitolat għal rifużjoni. Trid issemmi din il-kwistjoni mal-bejjiegħ jew mal- awtoritajiet tat-taxxafrançaisDeutschEnglish fil-pajjiż fejn tixtri l-karozza.

Storja bħala eżempju

Mario jgħix l-Italja u jiddeċiedi li jixtri karozza ġdida fil-Ġermanja. Peress li l-karozza hija gdida, il-VAT għandha titħallas fl-Italja, fejn Mario jrid jirreġistraha. Iżda l-bejjiegħ huwa responsabbli għall-ħlas tal-VAT lill-awtoritajiet finanzjarji Ġermaniżi u għandu jagħti prova li l-karozza kienet maħsuba biex tiġu ttrasportata u rreġistrata f'pajjiż ieħor tal-UE. Għalhekk, huwa jitlob lil Mario biex iħallas il-VAT Ġermaniża bħala depożitu.

Ladarba Mario jirreġistra l-karozza tiegħu fl-Italja u jħallas il-VAT hemmhekk, huwa jista' jibgħat prova lill-bejjiegħ Ġermaniż u jitlob rifużjoni tal-VAT li hu kien ħallas fil-Ġermanja.

M'għandekx għalfejn tħallas il-VAT fuq il-karozza.

Inti tħallas il-VAT bir-rata lokali fil-pajjiż fejn tixtri l-karozza. Iċċekkja r- rati tal-VAT applikati f'kull pajjiż tal-UE.

Il-bejjiegħ jista' jagħżel li jiċċarġja l-VAT:

  • fuq il-profitt biss iġġenerat mill-bejgħ

    F'dan il-każ, il-VAT mhix se tidher fuq il-fattura li jagħtik il-bejjiegħ. Din is-sistema tissejjaħ marġni fuq l-użat u hi l-iskema użata mill-maġġoranza tan-negozjanti tal-karozzi.

  • fuq l-ispiża tat-tranżazzjoni totali, i.e. il-prezz totali li ħallast għall-karozza

Trid tħallas id-dazji doganali u l-VAT fuq l-importazzjoni, bħal kwalunkwe oġġett importat ieħor.

Ikkonsulta d-dwanaEnglish u l- awtoritajiet tal-VATfrançaisDeutschEnglish f'pajjiżek għad-dettalji dwar id-dikjarazzjoni doganali, il-ħlas tat-taxxa u r-rifużjoni tat-taxxa.

Bħala bejjiegħ privat, m'għandekx tiċċarġja l-VAT meta tbigħ il-karozza tiegħek.

Jekk inti tbigħ karozza ġdida lil konsumatur f'pajjiż tal-UE, ix-xerrej se jkollu jħallas il-VAT fuq il-karozza fil-pajjiż tal-UE fejn jagħżel li jirreġistraha. F'dan il-każ, inti tkun tista' ġġib lura ċertu ammont tal-VAT mill-pajjiż fejn kont xtrajt il-karozza inizjalment.

L-ammont ta' VAT li tingħata lura tiġi kkalkulata mill-awtoritajiet tat-taxxa fil-pajjiż fejn inti kont akkwistajt il-karozza u għandha tkun proporzjonali maż-żmien li int użajt il-karozza.

Storja bħala eżempju

Irkupra parti mill-VAT li ħallast jekk tbigħ il-karozza ġdida tiegħek

Sofie xtrat karozza ġdida fid-Danimarka għal EUR 30,000 u EUR 7,500 VAT (25%). Hija saqet 7,000 km għal ftit aktar minn 4 xhur. Imbagħad iddeċidiet li tbigħha lil Jonas għal EUR 16,000. Il-karozza għadha titqies bħala ġdida għall-iskopijiet tat-taxxa.

Jonas jgħix fl-Awstrija u jieħu l-karozza hemm. Huwa jħallas EUR 3,200 VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa Awstrijaċi (20%, ir-rata tal-VAT fl-Awstrija).

Bħala l-bejjiegħ, Sofie għandha tkun taf li tista' tirkupra parti mill-VAT. Jekk il-VAT fit-tieni bejgħ kienet imħallsa fid-Danimarka, l-ammont pagabbli kien ikun ta' EUR 4,000 (25% ta' EUR 16,000). Minħabba li l-karozza għadha titqies bħala ġdida, Sofie hija intitolata li tirkupra mill-awtoritajiet Daniżi EUR 4,000 mis-EUR 7,500 li ħallset għall-VAT meta xtratha.

Bħala bejjiegħ privat, m'għandekx tiċċarġja l-VAT fuq il-bejgħ.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri