Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Bejjiegħa privati jistgħu jirkupraw il-VAT mill-awtoritajiet f'pajjiżhom meta jbigħu karozza ġdida lil xerrej f'pajjiż ieħor tal-UE sabiex il-VAT ma titħallasx darbtejn fuq l-istess vettura.
Merete xtrat karozza ġdida fid-Danimarka għal 20,000 ewro u 5,000 ewro VAT (25%). Erba' xhur wara, biegħet il-karozza (meqjusa ġdida għal raġunijiet tat-taxxa) lil Hagen għal 16,000 ewro.
Hagen jgħix fl-Awstrija u jieħu l-karozza hemm. Iħallas 3,200 ewro VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa Awstrijakki (20%, ir-rata normali tal-VAT fl-Awstrija).
Hemm bżonn li Merete, bħala l-bejjiegħa, tkun taf drittijietha f'din is-sitwazzjoni. Jekk il-VAT fit-tieni tranżazzjoni kienet imħallsa fid-Danimarka, l-ammont pagabbli kien ikun ta' 4,000 ewro (25% ta' 16,000 ewro). Minħabba li l-karozza għadha titqies bħala ġdida, Merete hija intitolata tirkupra mill-awtoritajiet Daniżi 4,000 mill-5,000 ewro tal-VAT li ħallset meta xtratha.
Karozza mibjugħa fl-UE tkun ikkunsidrata ġdida jekk:
jew
Jekk inti individwu privat fl-UE li qed tbigħ il-karozza użata tiegħek lil xi ħadd ibbażat fl-UE, ma trid tiġi mħallsa l-ebda VAT fuq it-tranżazzjoni - la f'pajjiżek u lanqas fil-pajjiż fejn jgħix ix-xerrej.
Karozza tiġi kkunsidrata użata jekk:
u
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
čeština
dansk
Deutsch
English
français
italiano
Nederlands
polski
română
svenska
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja