Dawn il-mistoqsijiet saru f'servizz ta' parir għall-konsumatur Ewropew. Għandek xi mistoqsijiet?
Ikkuntattja ċ-Ċentru tal-Konsumatur Ewropew lokali tiegħek.
English
Liċenzja jew pjanċa temporanja tippermettilek li ssuq karozza li għadek kif xtrajt f'pajjiż ieħor sal-pajjiż fejn tixtieq tirreġistraha. Tista' tikseb tarka fil-pajjiż minn fejn tixtri l-karozza.
Imbagħad trid tikseb pjanċi permanenti fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza.
Ikollok bżonn ukoll assigurazzjoni li tkun valida fil-pajjiżi kollha minn fejn tgħaddi bil-karozza.
Tista’:
Jekk qed tippjana li tixtri karozza ġdida, tista' tqabbel il-prezzijiet permezz tar-rapport dwar il-prezzijiet tal-karozzi madwar l-UE
English, ippublikat mill-Kummissjoni Ewropea.
Madankollu, trid tikkonsidra wkoll l-ammont tal-VAT:
LE - Dak ikun illegali.
Jekk ikun hemm xi ħaġa ħażina bil-karozza l-ġdida li xtrajt minn bejjiegħ professjonali, ifli t-termini tal-garanziji relevanti kollha (bħall-garanzija tal-manifattur u l-garanzija tal-bejjiegħ) biex tiskopri jekk il-problema hijiex koperta, u jekk il-garanzija tapplikax fl-Irlanda.
Jekk ikun hekk, għandek tikkuntattja l-bejjiegħ biex tfittex rimedju. Għandek tkun kopert ukoll b'liġijiet tal-konsumatur tal-UE dwar garanziji minimi, li normalment ikunu ta' sentejn.
Meta tixtri karozza ġdida mingħand bejjiegħ professjonali tkun kopert b'garanzija legali ta' sentejn. Iż-żmien tal-garanzija jista' jitnaqqas għal sena jekk il-vettura tkun użata. Il-garanzija tkopri l-ħsarat tal-manifattura, li għalihom huwa responsabbli l-bejjiegħ.
Barra mill-garanzija legali, jista' jkollok garanzija kummerċjali wkoll.
Skont il-liġi tal-UE, tista' tuża l-garanzija għand kwalunkwe "dealer" fin-netwerk tal-manifattur, ma jimpurtax f'liema pajjiż tal-UE tkun inxtrat il-karozza. Għaldaqstant, jekk tixtri karozza mill-Ġermanja u teħodha lura miegħek fi Franza, tista tirrekorri għand id-"dealer" tal-istess marka l-aktar viċin ta' fejn toqgħod int biex isewwilek xi ħsara (fil-perjodu tal-garanzija), u mhux toqgħod tmur lura l-Ġermanja.
Ikollok tmur fl-uffiċċju tad-dwana nazzjonali ta' pajjiżek, fejn tagħmel dikjarazzjoni speċjali tal-VAT u tħallas il-VAT applikabbli għall-karozza l-ġdida tiegħek.
Ikollok ukoll tagħmel assigurazzjoni għall-vettura, tgħaddi test ta' sikurezza tal-gvern jekk il-karozza tkun użata, tirreġistra l-karozza u tħallas kwalunkwe taxxi relevanti oħra f'pajjiżek, bħat-taxxa tat-triq.
Ir-regoli u l-garanziji jvarjaw skont jekk:
Ikollok l-ogħla livell ta' ħarsien legali meta tixtri karozza ġdida minn bejjiegħ professjonali bbażat fl-UE.
Dan jiddependi fuq dak li qallek il-bejjiegħ dwar il-karozza meta xtrajtha, u fuq xi tkun il-problema.
Skont il-liġi tal-UE, il-kwalità u l-prestazzjoni tal-oġġetti għandha tkun sodisfaċenti. Dan jiddependi fuq in-natura tal-oġġett u dak li jintqal dwaru mill-bejjiegħ, il-produttur jew ir-rappreżentant tagħhom.
Jekk il-karozza jkollha difett kbir li ma kontx taf bih meta xtrajtha, tista' tkun intitolat għal rimedju. Jekk iva, għandek l-ewwel nett tikkuntattja l-bejjiegħ biex tara jekk jaqbilx li inti tieħu l-karozza f'garaxx viċin tiegħek għat-tiswija. Din ġeneralment ma tkunx problema b'karozzi ġodda imma għal karozzi użati tista' tkun problema.
F'dan il-każ, drittijietek ikunu limitati ferm. Il-liġi tal-konsumatur ma tapplikax fuq bejgħ privat - tapplika biss meta 'negozju' jbigħ lil 'konsumatur'. Għaldaqstant għandek toqgħod b'seba' għajnejn meta tixtri mingħand individwu privat.
Jekk ma jirnexxilekx issolvi l-problema b'mod amikevoli, tista' tikkonsidra azzjoni ċivili kontra l-bejjiegħ, imma dan jista' jkun diffiċli u jiswik il-flus.
IVA - Karozza mibjugħa fl-UE tkun ikkunsidrata ġdida jekk:
jew
Karozza tkun ikkunsidrata second-hand jekk:
u
Fid-dwana il-prezz li ħallast f'liri sterlini jinqaleb f'ewro. Inti tħallas il-VAT ta' 21% fuq dak l-ammont (ir-rata applikabbli fil-Belġju).
Id-dwana tuża l-valur tal-lira sterlina kontra l-ewro fid-data tal-irċevuta. Jekk ma jkunx hemm irċevuta, tuża d-data tal-ordni ta’ xiri.
Jekk tixtri karozza ġdida f'pajjiż ieħor tal-UE, ma tħallasx VAT f'dak il-pajjiż. Tħallas ir-rata lokali tal-VAT meta timporta l-karozza fil-pajjiż fejn qed tippjana li tirreġistraha.
Bejjiegħ li huwa individwu privat, aktar minn bejjiegħ professjonali tal-karozzi, jista' jitlob lura l-VAT li ħallas fuq il-karozza meta xtraha. Dan isir biex il-VAT ma titħallasx darbtejn fuq l-istess vettura.
Jekk tixtri karozza użata mingħand bejjiegħ professjonali, tħallas il-VAT fuqha skont ir-rata lokali fil-pajjiż fejn ikun ibbażat il-bejjiegħ. Jekk tixtri karozza użata mingħand individwu privat, ma tħallasx VAT.
Kun ċert li: