Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2012
Il-kiri ta' karozza mhuwiex kopert bir-regoli tal-UE li jintitolawk għal perjodu ta' sebat ijiem fejn tista' tibdel il-fehma meta tordna oġġetti u servizzi minn fuq l-internet, bit-telefown jew bil-posta.
Jekk irriservajt karozza bl-internet, bit-telefown jew bil-posta fl-UE, m'għandekx awtomatikament id-dritt tikkanċella u titlob flusek lura, għalkemm it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kumpanija tal-karozzi tal-kiri tista' tippermettilek tagħmel dan.
Twellija - kiri fit-tul bil-possibbiltà li tixtri l-karozza fl-aħħar tal-kuntratt - tista' tkun diffiċli jekk qed tippjana li tmur f'pajjiż ieħor bil-karozza tat-twellija
Minħabba li inti obbligat tassigura u tirreġistra l-karozza fil-pajjiż fejn tgħix, tista' tiltaqa' ma xi problemi jekk l-assigurazzjoni tiegħek ma tkunx valida fil-pajjiż fejn tixtieq tmur tgħix.
Min iwelli jista' wkoll iżomm lura milli jaqbel li tirreġistra l-karozza f'pajjiż ieħor tal-UE.
Jekk qed tippjana li tikri u ssuq karozza f'pajjiż ieħor tal-UE, tkun trid ukoll tara li l-liċenzja tas-sewqan tiegħek tkun valida hemm.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
čeština
dansk
Deutsch
English
français
italiano
Nederlands
polski
română
svenska
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja