Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 01/03/2017

Xiri u kiri fit-tul ta' karozza – Malta

Agħżel il-pajjiż

Drittijiet komuni fil-pajjiżi tal-UE


* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Nista' nħallas għal karozza bi flus kontanti?

Iva, m'hemm l-ebda restrizzjoni dwar dan. Meta tidħol jew toħroġ minn Malta, trid tiddikjara lid-dwana kwalunkwe somma ta' EUR 10 000, jew ekwivalenti għaliha, u iktar billi timla formola speċifika .

Xi ngħidu dwar il-VAT?

Fejn għandek tranżazzjoni intra-UE karozzi ġodda għandhom jinbiegħu mingħajr VAT. Karozza titqies ġdida jekk ma jkunux għaddew iktar minn 6 xhur mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew jekk l-ammont ta' mili ma jkunx qabeż is-6 000 km. Fil-prattika, xi bejjiegħa jistgħu jeħtieġu pagament tal-VAT bħala depożitu, li jingħata lura meta l-karozza tiġi rreġistrata fil-pajjiż tax-xerrej. Iċċekkja minn qabel mal-bejjiegħ kif titlob ir-rifużjoni tal-VAT, jiġifieri x'dokumenti għandu bżonn il-bejjiegħ mingħandek.

Il-karozzi l-oħra kollha jitqiesu karozzi użati (aktar minn 6 xhur mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni u ammont ta' mili ta' aktar minn 6 000 km). Dawn huma ġeneralment mibjugħin bil-VAT (18 %) inkluż jekk il-fornitur ikun bejjiegħ kummerċjali (il-provvista mhijiex suġġetta għall-VAT jekk il-fornitur ikun persuna privata). M'għandekx għalfejn tħallas il-VAT fil-pajjiż ta' residenza tiegħek.

Il-bejjiegħ huwa obbligat li jipprovdi spezzjoni tal-vettura?

Le. F'Malta, għandu jsir test li jiċċertifika li vettura tajba għat-triq 4 snin wara l-ewwel reġistrazzjoni tal-karozza u mbagħad kull sentejn. L-ispejjeż marbuta mal-ispezzjoni minn espert indipendenti jiddependu fuq id-daqs tal-vettura.

L-ispezzjoni tal-vettura ta' Malta hi rikonoxxuta f'pajjiżi?

Xi pajjiżi jirrikonoxxuha. Iċċekkja minn qabel mal-awtorità nazzjonali tiegħek biex jiġu evitati spejjeż mhux meħtieġa.

Jista' jkolli espert iwettaq kontroll fuq il-karozza fil-post tan-negozju tal-bejjiegħ?

Dan jista' jsir bi ftehim mal-bejjiegħ. Is-soltu, ix-xerrej jimpenja s-servizzi ta' espert tekniku bħal sprejer, tillar, jew mekkanik. Xi kultant, iż-żewġ partijiet jaqblu fuq espert. Ħafna drabi ma jkunx hemm ħlas, iżda jekk ikun hemm, ma jkunx aktar minn EUR 50.

Għal xiex għandi noqgħod attent fil-kuntratt ta' bejgħ?

Aqra l-kuntratt b'attenzjoni u ffirma biss kuntratti li tifhem. Uħud mill-kummerċjanti jippruvaw jeskludu drittijiet legali ta' garanzija billi jiddikjaraw li l-kuntratt huwa kuntratt bejn negozji jew li l-karozza qed tinbiegħ "mingħajr garanziji" (klawżola bħal din titqies bħala nulla u bla effett biss f'kuntratt bejn negozju u konsumatur). Żgura li l-isem tal-bejjiegħ hu l-istess bħall-isem mogħti fid-dokument ta' reġistrazzjoni, jew li l-bejjiegħ għandu prokura biex ibigħ il-karozza f'isem is-sid irreġistrat. Meta tixtri mingħand negozjant, kun ċert li l-isem tal-kumpanija huwa indikat fil-kuntratt u li jkun hemm indikazzjoni rigward il-VAT.

Nista' nikkanċella kuntratt iffirmat?

  • Jekk il-kuntratt jiġi ffirmat fil-post tan-negozju tal-bejjiegħ, m'għandekx dritt legali ta' rtirar mill-kuntratt (sakemm il-kuntratt ma jkunx jinkludi l-possibbiltà ta' rtirar)
  • Jekk il-kuntratt ikun wieħed ta' bejgħ mill-bogħod u ma tkunx għadek ġbart il-karozza mill-post tan-negozju tal-bejjiegħ, inti tista' tirtira mill-kuntratt qabel il-kunsinna. Tista' wkoll tirtira mill-kuntratt sa 14-il jum mill-kunsinna tal-karozza fl-indirizz tiegħek. Jekk tiġbor il-karozza mill-post tan-negozju tal-bejjiegħ, il-kuntratt normalment huwa ffirmat hemm u ma jipprevedix jew jeskludi d-dritt għall-perjodu ta' rtirar mix-xiri.

X'dokumenti għandu jipprovdi l-bejjiegħ?

  • Il-kuntratt ta' bejgħ jew il-fattura
  • Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni ("log book")
  • Iċ-Ċertifikat Ewropew ta' Konformità (COC). Jekk is-COC mhux disponibbli mingħand il-bejjiegħ, tista' tikkuntattja lill-manifattur biex tikseb kopja għal tariffa.
  • Ċerifikat tat-Test li Jiċċertifika li Vettura Tajba għat-Triq (VRT). Mingħajr dan, il-vettura ma tistax tiġi assigurata f'Malta

Iċċekkja jekk humiex meħtieġa dokumenti oħra fil-pajjiż fejn biħsiebek tirreġistra l-karozza.

Għandi napplika għal pjanċi temporanji biex insuq il-karozza f'pajjiżi?

F'Malta mhumiex disponibbli pjanċi ta' tranżitu. Jistgħu jintużaw il-pjanċi tal-bejjiegħa sakemm ikunu jistgħu jiġu ppreżentati d-dokumenti rilevanti kollha u prova tax-xiri.

Jaf tkun tista' tapplika għal pjanċi ta' tranżitu minn pajjiżek. Iċċekkja mal-awtorità nazzjonali rilevanti tiegħek.

Pjanċi regolari nazzjonali

Jekk tkun tixtieq issuq lura pajjiżek bil-pjanċi nazzjonali għadhom fuq il-karozza, inti obbligat tirritornahom lill-uffiċċji kompetenti tar-reġistrazzjoni, jew fil-pajjiż ta' reġistrazzjoni preċedenti jew fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni?

Il-pjanċi ta' reġistrazzjoni għandhom jingħataw lura biss għal xiri ta' karozzi bi pjanċi ta' reġistrazzjoni Taljana. Inti m'intix obbligat li tivverifika li l-vettura tneħħiet mir-reġistru.

Għandi bżonn assigurazzjoni temporanja?

Meta tkun qed issuq il-karozza lura pajjiżek, trid tkun kopert minn assigurazzjoni li tippermettilek issuq fuq toroq pubbliċi.

Jekk ikolli lment dwar xiri transkonfinali, lil min nista' nikkuntattja?

Ikkuntattja lill-ECC lokali tiegħek: www.eccnetmalta.gov.mtEnglish

Liema korp għar-riżoluzzjoni ta' tilwim barra mill-qorti huwa disponibbli f'Malta?

Ma hemm l-ebda korp barra mill-qorti għal dan is-settur.

Lil min nista' nirrappota każijiet ta' frodi?

Lill- Unità tal-Pulizija taċ-ĊiberkriminalitàEnglish

 

Informazzjoni pprovduta minn ECC-NetEnglish f'Marzu 2016 - ara l-avviż legali tagħna.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett
Xiri u kiri fit-tul ta' karozza
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?
    Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri