Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 12/04/2017

Sigurtà tal-ajruporti u tal-linji tal-ajru

Użu ta' skeners tal-persuna  fl-ajruporti tal-UE

F'kull ajruport tal-UE, il-passiġġieri jistgħu jiġu skrinjati mill-iskeners tal-persuna, jew bħala l-metodu ewlieni ta' skrinjar jew bħala metodu addizzjonali biex jiġi solvut il-kaġun ta' kwalunkwe allarm.

Hu f'idejn kull pajjiż tal-UE li jiddeċiedi jekk jużax dawn, iżda jekk pajjiż jagħmel din l-għażla din għandha tikkonforma mar- regoli tal-UEEnglish. Jekk tintalab li tgħaddi minn skrinjar bi skener ta' din ix-xorta jeħtieġlek tkun taf b'mod partikulari, li:

  • għandek tingħata l-possibbiltà li tagħżel li ma tgħaddix mill-iskener tal-persuna. F'dan il-każ tiġi skrinjat b'metodu alternattiv inkluż tal-anqas tfittxija bl-idejn;
  • trid tingħata informazzjoni sħiħa dwar it-teknoloġija użata qabel ma tiġi skrinjat;
  • tista' titlob li l-immaġni ta' ġismek tkun analizzata minn persuna tas-sess tal-għażla tiegħek;
  • l-eżaminatur uman se jkun xi mkien ieħor u mhux sa jkun jista' jarak;
  • l-immaġni għandha tkun imċajpra b'tali mod li ma tkunx tista' tiġi identifikat u l-immaġnijiet ma jistgħux jiġu kkupjati, maħżuna jew ipprintjati;
  • jistgħu jintużaw biss skeners li ma jużawx radjazzjoni jonizzanti.

Il-linji tal-ajru projbiti fl-UE

Il-kumpaniji tal-ajru li joperaw titjiriet li jibdew jew jispiċċaw fl- EUgħandhom jissodisfaw ċerti standards ta' sikurezza. Uħud mill-kumpaniji madwar id-dinja joperaw f'kundizzjonijiet taħt il-livelli ta' sikurezza Ewropej u għalhekk għandu mnejn jew:

  • jiġu pprojbiti milli joperaw għalkollox fl-ispazju Ewropew
  • jitħallew joperaw biss taħt ċerti kundizzjonijiet speċifiċi

Jekk imħasseb dwar is-sikurezza tal-ajruplan, tista' tiċċekkja l-lista tal- kumpaniji tal-ajru pprojbiti fl-UE.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri