Ir-regoli u s-sikurezza tat-traffiku

Ma hemmx liġijiet dwar ir-regoli u s-sikurezza tat-traffiku fit-toroq li japplikaw mal-UE kollha. Madankollu, hemm xi regoli li japplikaw fil-pajjiżi kollha tal-UE bħal dawn li ġejjin:

  • trid tilbes ċinturin tas-sikurezza fil-vetturi kollha, inklużi l-kowċis turistiċi u l-minibuses
  • it-tfal irid ikollhom irbit xieraq fil-karozzi u t-trakkijiet (u, fejn ikun possibbli f'vetturi oħra)
  • l-użu tal-mobile mingħajr sett hands-free waqt is-sewqan huwa pprojbit.

Regoli tat-traffiku nazzjonali

Il-pajjiżi tal-UE jista’ jkollhom regoli differenti f’ħafna oqsma, bħal:

  • il-livell massimu ta’ alkoħol fid-demm (xi pajjiżi ma jippermettu ebda ammont ta’ alkoħol fid-demm waqt is-sewqan)
  • limiti ta' veloċità differenti għal tipi differenti ta' toroq u vetturi
  • tagħmir ta' sikurezza meħtieġ kemm għall-karozzi kif ukoll għaċ-ċiklisti
  • l-użu obbligatorju ta' dwal ta' matul il-ġurnata u/jew tyres tax-xitwa
  • sewqan fuq ix-xellug tat-triq (Ċipru, l-Irlanda u Malta).

Sib informazzjoni speċifika dwar ir-regoli li japplikaw f’pajjiżek u fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE li beħsiebek iżżur jew tgħaddi minnu.

Reati tat-traffiku fit-triq

Biex titjieb is-sikurezza fit-toroq u jitnaqqsu l-imwiet, il-pajjiżi tal-UE jiskambjaw informazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq. Dan ifisser li jekk tikser regola tas-sewqan meta tkun qed issuq f’pajjiż ieħor, tista’ tirċievi l-multa bil-posta f’darek!

Ara wkoll:

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 25/08/2023
Ikkondividi din il-paġna