Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Sikurezza

Aġġornat : 27/06/2013

travel

F'każ ta' emerġenza

112: in-numru tal-emerġenza wieħed tal-UE

Il-112 huwa n-numru tal-emerġenza Ewropew u jista' jintuża bla ħlas minn telefown fiss jew mowbajl fl-UE kollha. Dan għandu jqabbdek direttament mas-servizzi tal-emerġenza – il-pulizija, l-ambulanzi, il-ħaddiema tat-tifi tan-nar.

In-numri tal-emerġenza nazzjonali għadhom xorta waħda jintużaw, flimkien mal-112. Iżda l-112 hu l-uniku numru li tista' tuża biex tingħata aċċess għas-servizzi tal-emerġenza fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Il-112 jintuża wkoll fi wħud mill-pajjiżi barra l-UE - bħall-Isvizzera u l-Afrika t'Isfel.

Aktar dwar il-112 f'pajjiżi individwali tal-UE.

Storja bħala eżempju

Skansar ta' diżastru

Anasthassios mill-Greċja kien qed jaqbadlu l-appartament f'Lisbona ftit wara li daħal fih biex jistudja. Ma kienx jaf in-numru Portugiż tas-servizzi tal-emerġenza, iżda hu ftakar li seta' juża l-112 bħala n-numru tal-emerġenza fil-Portugall, l-istess bħall-Greċja, pajjiżu, jew kullimkien fl-UE. Għalhekk hu ċempel il-112 u qabad direttament lis-servizzi tal-emerġenza ta' Lisbona li bagħtu l-ħaddiema tat-tifi tan-nar bla telf ta' żmien lejn l-appartament tiegħu.

Meta tkun qed tivvjaġġa fl-UE, ftakar biex tieħu miegħek il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC)български (bg)czech (cs)dansk (da)Deutsch (de)eesti (et)ελληνικά (el)English (en)español (es)Français (fr)Gaeilge (ga)italiano (it)latviešu (lv)lietuvių (lt)magyar (hu)Nederlands (nl)polski (pl)português (pt)română (ro)slovenčina (sk)slovenščina (sl)suomi (fi)svenska (sv). Jekk ikun jeħtieġlek kura medika ta' emerġenza, il-karta EHIC tissimplifika l-mili tal-karti u tgħinek tingħata rimborż għal kwalunkwe spejjeż għal kura tas-saħħa pubblika.

Tfal rappurtati neqsin: 116000

Jekk it-tifel jew tifla tiegħek jonqsu milli jirritornaw lura d-dar, kemm f'pajjiżek jew f'pajjiż ieħor tal-UE, tista' ċċempel 116000 il-ħotline għat-tfal rappurtati neqsin, mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE.

Tista' tuża l-ħotline biex tirrapporta tifel jew tifla neqsin; dan jagħti għajnuna lill-familji bi tfal rappurtati neqsin.

Il-ħotline 116 000 jinsab attwalment disponibbli fi 22 pajjiż tal-UE.

Aktar dwar in-numri tal-116

Storja bħala eżempju

Kif għandek tagħmel biex tirrapporta tifel jew tifla neqsin

Waqt btala fi Franza, Andreas u Kirsten, koppja mill-Ġermanja kienu mitlufin ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu meta binthom ma ġietx lura d-dar wara ġita. Xi ftit tas-sigħat wara kienu għadhom ma sabuhiex. Irrappurtaw il-każ lill-pulizija iżda ftakru wkoll in-numru disponibbli fil-Ġermanja biex jiġu rrappurtati każijiet ta' tfal neqsin. Billi kienu jafu li l-ħotline 116 000 jaħdem fi Franza wkoll, ċemplu n-numru u ngħataw parir dwar kif kellhom isolvu l-każ tagħhom mal-awtoritajiet Franċiżi.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika