Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 11/06/2015

travel

Is-sikurezza/is-sigurtà tal-ajru

Il-lagiġ tal-idejn u l-lagiġ tal-istiva

Meta tivvjaġġa bl-ajruplan minn ajruport fl- UE, għandek tiftakar ċerti rekwiżiti tas-sigurtà meta tippakkja u titla' fuq l-ajruplan:

  • Il- likwidi English li jittellgħu fuq il-kabina tal-ajruplan bħal aerosols, xorb, toothpaste, kremi kosmetiċi jew ġellijiet għandhom jinġarru f'borża tal-plastik trasparenti - kapaċità massima ta' litru - u ebda reċipjent ma jista' jkollu aktar minn 100 ml. Reċipjenti ta' likwidi li jkun fihom aktar minn 100 ml għandhom jitqiegħdu fil-bagalja reġistrata. Ir-restrizzjoni fuq il-volum ma tapplikax għall-mediċini jew l-ikel tat-trabi.
  • Il- likwidi bla dazju mixtrijin minn ajruport jew minn kumpanija tal-ajru jistgħu jinġarru bħala lagiġ tal-idejn sakemm l-oġġett u l-irċevuta jibqgħu ssiġillati fil-borża tas-sigurtà (b'xifer aħmar) mogħtija waqt ix-xiri. Ma tistax tiftaħ il-borża tas-sigurtà qabel ma tasal fid-destinazzjoni finali tiegħek. Madankollu, l-uffiċjali tas-sigurtà jaf ikollhom bżonn jiftħulek il-borża u l-fliexken biex jiġu skrinjati. Jekk dan iseħħ, u jkollok titjira marbuta ma' ajruport ieħor, għid lill-uffiċjal tas-sigurtà sabiex il-likwidi jkunu jistgħu jiġu ssiġillati mill-ġdid f'borża tas-sigurtà ġdida.
  • Oġġetti jaqtgħu jkunu liema jkunu li jistgħu jintużaw bħala armi ma jistgħux jittellgħu fil-kabina tal-ajruplan. Dawn jistgħu jkunu oġġetti ta' kuljum bħal trabuxijiet, skieken u mqassijiet ta' ċertu daqs, li għandhom jiġu ppakkjati fil-lagiġ tal-istiva tiegħek.
  • Il-limiti fuq id-daqs tal-bagalji tal-kabina u l-għadd ta' oġġetti li titħalla tieħu miegħek fuq l-ajruplan huma stabbiliti mil-linji tal-kumpaniji għalhekk iċċekkja mal-linja tal-kumpanija tiegħek meta tivvjaġġa.
  • Splużivi u oġġetti li jieħdu n-nar - pereżempju logħob tan-nar jew żebgħa f'bottijiet tal-isprej, u sustanzi oħrajn li jieħdu n-nar u li huma tossiċi bħall-aċidi - huma pprojbiti waqt titjiriet. Ma jistgħux jinġarru la fil-bagalji tal-kabina u lanqas f'dawk iċċekkjati.
  • Ebda arma ta' kull xorta ma titħalla tittella' fuq l-ajruplan.

Ara r-regoli dwar l- oġġetti pprojbiti English fil-lagiġ tal-idejn u tal-istiva tiegħek.

Iċċekkja s-sit web tal-ajruport tiegħek għal-lista ddettaljata tal-oġġetti projbiti jew staqsi lill-kumpanija tal-ajru qabel tivvjaġġa.

Għas-sikurezza ġenerali, l-oġġetti kollha tal-ivvjaġġar huma skenjati jew inkella ċċekkjati qabel ma jitħallew fiż-żoni ta' sigurtà tal-ajruport.

Il-bibien tal-kabina tal-pilota jinżammu magħluqin biex ma jitħallux persuni li mhumiex awtorizzati jidħlu fiha.

Ara wkoll: X'tista' tieħu miegħek?

Użu ta' skeners tal-persuna  fl-ajruporti tal-UE

F'kull ajruport tal-UE, il-passiġġieri jistgħu jiġu skrinjati mill-iskeners tal-persuna, jew bħala l-metodu ewlieni ta' skrinjar jew bħala metodu addizzjonali biex jiġi solvut il-kaġun ta' kwalunkwe allarm.

Hu f’idejn kull pajjiż tal-UE li jiddeċiedi jekk jużax dawn, iżda jekk pajjiż jagħmel din l-għażla din għandha tikkonforma mar- regoli tal-UE English. Jekk tintalab li tgħaddi minn skrinjar bi skener ta' din ix-xorta jeħtieġlek tkun taf b'mod partikulari, li:

  • għandek tingħata l-possibbiltà li tagħżel li ma tgħaddix mill-iskener tal-persuna. F’dan il-każ tiġi skrinjat b'metodu alternattiv inkluż tal-anqas tfittxija bl-idejn;
  • trid tingħata informazzjoni sħiħa dwar it-teknoloġija użata qabel ma tiġi skrinjat;
  • tista’ titlob li l-immaġni ta' ġismek tkun analizzata minn persuna tas-sess tal-għażla tiegħek;
  • l-eżaminatur uman se jkun xi mkien ieħor u mhux sa jkun jista' jarak;
  • l-immaġni għandha tkun imċajpra b’tali mod li ma tkunx tista' tiġi identifikat u l-immaġnijiet ma jistgħux jiġu kkupjati, maħżuna jew ipprintjati;
  • jistgħu jintużaw biss skeners li ma jużawx radjazzjoni jonizzanti.

Il-linji tal-ajru projbiti fl-UE

Il-kumpaniji tal-ajru li joperaw titjiriet li jibdew jew jispiċċaw fl- EUgħandhom jissodisfaw ċerti standards ta' sikurezza. Uħud mill-kumpaniji madwar id-dinja joperaw f'kundizzjonijiet taħt il-livelli ta' sikurezza Ewropej u għalhekk għandu mnejn jew:

  • jiġu pprojbiti milli joperaw għalkollox fl-ispazju Ewropew
  • jitħallew joperaw biss taħt ċerti kundizzjonijiet speċifiċi

Jekk imħasseb dwar is-sikurezza tal-ajruplan, tista' tiċċekkja l-lista tal- kumpaniji tal-ajru pprojbiti fl-UE.

Leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-ajru English

Leġiżlazzjoni tal-UE

Għajnuna u pariri

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera

Retour au texte en cours.