Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Drittijiet tal-passiġġieri

Aġġornat : 22/01/2014

travel

Vjaġġaturi b'mobilità mnaqqsa

Ivvjaġġar bl-ajru

Jekk tbati minn nuqqas ta' mobbiltà, għandu jkollok aċċess għall-ivvjaġġar bl-ajru daqs ħaddieħor.

Int intitolat(a) ukoll għal assistenza bla ħlas biex titla' fl-ajruplan u tinżel minnu, matul it-titjira u fl-ajruporti qabel u wara t-titjira.

Sabiex tikseb l-aħjar assistenza possibbli, agħmel kuntatt mal-linja tal-ajru, mal-bejjiegħ tal-biljetti jew mal-organizzatur tat-turs mill-inqas 48 siegħa qabel il-vjaġġ u spjega x'tipi ta' assistenza jkollok bżonn.

Ma tistax ma titħalliex titla' fuq l-ajruplan minħabba n-nuqqas ta' mobbiltà tiegħek, ħlief f'każ fejn l-inġenju tal-ajru jkun fiżikament żgħir wisq jew inkella jkun hemm tħassib minħabba s-sigurtà.

Il-linji tal-ajru mhumiex obbligati jipprovdulek għajnuna biex tiekol jew biex tieħu l-mediċini waqt it-titjira. Jekk ikollok bżonn għajnuna ta' dan it-tip, ngħidu aħna waqt titjira għall-bogħod ħafna, il-linji tal-ajru jistgħu jitolbu li tkun akkumpanjat(a) minn persuna oħra.

Jekk issibha diffiċli biex tikseb l-għajnuna waqt li tkun qed tivvjaġġa, għandek tinforma b'dan lill-awtoritajiet tal-ajruport jew lil-linja tal-ajru involuta.

Jekk ma tkunx sodisfatt(a) bit-tweġiba li jagħtuk, tista' tikkuntattja lill-entità nazzjonali responsabbli mill-infurzar [176 KB] fil-pajjiż fejn tkun sibt il-problemi.

Ivvjaġġar bit-tren

Jekk tbati minn nuqqas ta' mobbiltà, għandu jkollok aċċess għall-ivvjaġġar bit-tren daqs ħaddieħor. Barra minn dan, għandu jkunlek faċli li tikseb informazzjoni mingħand il-kumpanija tal-ferrovija dwar l-aċċessibbiltà tat-trenijiet.

Int intitolat(a) ukoll għal assistenza bla ħlas biex titla' fit-tren u tinżel minnu, biex tibdel minn tren għal ieħor, fit-tren u fl-istazzjon qabel u wara l-vjaġġ.

Sabiex tikseb l-aħjar assistenza possibbli, agħmel kuntatt mal-kumpanija tal-ferrovija, mal-bejjiegħ tal-biljetti jew mal-organizzatur tat-turs mill-inqas 48 siegħa qabel il-vjaġġ u spjega x'assistenza jkollok bżonn.

Ma tistax ma titħalliex titla' fuq it-tren minħabba n-nuqqas ta' mobbiltà tiegħek, ħlief f'każ fejn dan ikun strettament meħtieġ għall-konformità mar-regoli tal-kumpanija dwar l-aċċessibbiltà.

Jekk issibha diffiċli biex tikseb l-għajnuna waqt li tkun qed tivvjaġġa, għandek tinforma b'dan lill-awtoritajiet tal-istazzjon jew lill-kumpanija tal-ferrovija involuta.

Jekk ma tkunx sodisfatt(a) bit-tweġiba li jagħtuk, tista' tikkuntattja lill-entità nazzjonali responsabbli mill-infurzar [176 KB] fil-pajjiż fejn tkun sibt il-problemi.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jeżentaw lil xi trenijiet minn dawn ir-rekwiżiti, fosthom trenijiet interni li ma joħorġux mill-pajjiż u trenijiet internazzjonali li jibdew jew itemmu l-vjaġġ tagħhom barra mill-UE.

Għal aktar tagħrif dwar dan, tista' tikkuntattja lill-entitajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar.

Ivvjaġġar bil-karozza tal-linja jew bil-kowċ

Jekk tbati minn nuqqas ta' mobbiltà, għandu jkollok aċċess għall-ivvjaġġar bil-karozza tal-linja u bil-kowċ daqs ħaddieħor.

Ma tistax ma titħalliex tixtri biljett, tagħmel prenotazzjoni jew titla' fil-karozza minħabba n-nuqqas ta' mobbiltà tiegħek, ħlief f'każ fejn dan ikun strettament meħtieġ għall-konformità mar-rekwiżiti legali tas-saħħa u s-sikurezza, jew fejn l-infrastruttura ma tkunx tista' tiggarantixxi trasport bla periklu.

Fil-każ ta' vjaġġi għall-bogħod ħafna (aktar minn 250 km):

  • il-kumpanija trid tħalli tivvjaġġa miegħek mingħajr ħlas lil persuna li tagħżel int, jekk dan ineħħi xi tħassib li jista' jkun hemm fir-rigward tas-sigurtà jew tas-saħħa u li minħabba fih ma tkunx se titħalla tivvjaġġa.
  • int intitolat(a) għall-assistenza f' terminals speċifiċi English , u biex titla' fil-karozza tal-linja jew fil-kowċ u tinżel minnhom.

L-assistenza tingħatalek bla ħlas, iżda biex tkun ċert(a) li tiksibha, trid tikkuntattja lill-kumpanija tal-karozzi tal-linja, lill-bejjiegħ tal-biljetti jew lill-organizzatur tat-turs mill-inqas 36 siegħa qabel ma tivvjaġġa sabiex tgħidilhom x'assistenza jkollok bżonn.

L-operatur jew il-maniġer tat-terminal jistgħu jitolbuk tmur f'post speċifiku mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq.

Jekk issibha diffiċli biex tikseb l-għajnuna waqt li tkun qed tivvjaġġa, għandek tinforma b'dan lill-awtoritajiet tat-terminal jew lill-kumpanija tal-karozzi tal-linja involuta.

Jekk ma tkunx sodisfatt(a) bit-tweġiba li jagħtuk, tista' tikkuntattja lill-entità nazzjonali responsabbli mill-infurzar fil-pajjiż fejn tkun sibt il-problemi.

Ivvjaġġar bil-vapur

Jekk tbati minn nuqqas ta' mobbiltà, għandu jkollok aċċess għall-ivvjaġġar bil-vapur daqs ħaddieħor.

Int intitolat(a) ukoll għal assistenza bla ħlas biex titla' abbord u tinżel l-art, biex tibdel minn vapur għal ieħor, fuq il-vapur u fil-port.

Sabiex tikseb l-aħjar assistenza possibbli, trid tkellem lit-trasportatur, lill-bejjiegħ tal-biljetti jew lill-organizzatur tat-turs mill-inqas 48 siegħa qabel il-vjaġġ u tispjega x'tipi ta' assistenza jkollok bżonn.

Anki jekk dan ma tkunx għamiltu, it-trasportatur u l-operatur tat-terminal xorta waħda jridu jagħmlu l-almu kollu tagħhom, sakemm ikun raġonevoli, biex jgħinuk titla' abbord, tiżbarka u tivvjaġġa fuq il-vapur.

Jekk ikollok ħtiġijiet speċjali għall-akkomodazzjoni u biex tpoġġi bilqiegħda jew bżonn ta' xi assistenza oħra, jew jekk ikollok tieħu miegħek xi tagħmir mediku, informa b'dan lill-bejjiegħ tal-biljetti meta tagħmel il-prenotazzjoni.

It-trasportaturi jistgħu jitolbuk li tkun akkumpanjat(a) minn persuna oħra jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' sikurezza, jew minħabba l-mod kif ikunu mfasslin il-vapur jew l-infrastruttura tal-port. Il-persuna li tiġi miegħek tivvjaġġa bla ħlas.

Jekk issibha diffiċli biex tikseb l-għajnuna waqt li tkun qed tivvjaġġa, għandek tinforma b'dan lill-awtoritajiet tal-port jew lit-trasportatur involut.

Jekk ma tkunx sodisfatt(a) bit-tweġiba li jagħtuk, tista' tikkuntattja lill-entità nazzjonali responsabbli mill-infurzar fil-pajjiż fejn tkun sibt il-problemi.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?