Mogħdija tan-navigazzjoni

FAQ - Vjaġġaturi b'mobilità mnaqqsa

  • Nista' nieħu l-wheelchair jew tagħmir ieħor għall-mobilità miegħi fuq l-ajruplan?

    IVA — Jekk it-titjira tiegħek hi fl-UE, ġejja lejn l-UE (b'ajruplan mill-UE), jew qed titlaq mill-UE,  tagħmel iċ-check-in b'żewġ biċċiet ta' tagħmir (p.e. wheelchair) — li jmorru fl-istiva tal-lagiġ.

    Ma tistax tkun miċħud milli titla' fuq l-ajruplan minħabba mobilità mnaqqsa, ħlief meta l-ajruplan hu magħmul tant żgħir jew minħabba preokkupazzjonijiet ta' sikurezza.

    Jekk tixtieq assistenza bla ħlas fil-fażijiet kollha tal-vjaġġ tiegħek — inkluża għajnuna biex titla' fuq l-ajruplan u fit-terminal — jeħtieġlek tavża lil-linja tal-ajru minn qabel li għandek bżonn tal-għajnuna.

    L-istess regoli japplikaw jekk tkun qed tivvjaġġa bil-baħar.

    Aktar tagħrif dwar:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?