Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

FAQs - Drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru

  • Linja tal-ajru Ewropea reċentement tilfitli l-bagalja. Ressaqt ilment lill-kumpanija tal-ajru, iżda m'iniex kompletament sodisfatt bir-reazzjoni tagħhom. Nista' nressaq ilment quddiem xi ħaddieħor?

    IVA - Għal titjira bejn żewġ pajjiżi, tista' tikkuntattja liċ- Ċentru Ewropew tal-Konsumatur . Għal titjira domestika, ikkuntattja liċ-ċentru nazzjonali tal-konsumatur f'pajjiżek.

  • Meta bbukkjajt titjira reċentement, kont ixxokkjat, meta wasalt biex inħallas, bl-ispiża finali ladarba t-taxxi u l-imposti kienu ġew miżjuda.  Ċertament, il-linji tal-ajru huma mistennija li juru l-prezz totali tal-biljett, inklużi t-taxxi u l-imposti, viżibbli mill-bidu?

    IVA - u l-ispiża għal kull oġġett (in-noll, it-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi) għandu jintwera b’mod ċar.

  • Jekk jien nivvjaġġa minn barra l-UE, pereżempju mill-Istati Uniti għal Pariġi, għandi xi drittijiet jekk it-titjira tiegħi hija kkanċellata?

    IVA - sakemm it-trasportatur tal-ajru tiegħek hu liċenzjat f'pajjiż Ewropew.

  • Ibbukkjajt titjira għal Barċellona minn Londra.  Minħabba traffiku kbir, wasalt fl-ajruport tard iżda eżatt qabel ma għalqu l-bibien għat-titjira.  Ma tħallejtx nitla’ fuq it-titjira.  Għandi xi drittijiet?

    LE - peress li inti ma kkonformajtx mar-rekwiżit biex tippreżenta ruħek għaċ-check-in fil-ħin stipulat.

  • Hemm limitu ta’ żmien li fih nista’ niftaħ kawża għal kumpens għal titjira kkanċellata?

    Dan jiddependi fuq il-liġi nazzjonali f’kull pajjiż Ewropew u għalhekk ivarja madwar l-UE.

  • Għandi xi drittijiet jekk ma nkunx permess nitla' abbord it-titjira konnessa tiegħi għax wasalt tard fil-bibien minħabba dewmien tal-ewwel titjira?

    Jekk id-dewmien għall-ewwel titjira kien fil-kontroll tal-linja tal-ajru, int intitolat għal kumpens talli tiġi miċħud li titla abbord fuq it-titjira konnessa.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika