Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 06/2012
Meta tivvjaġġa lejn pajjiż ieħor tal-UE, żomm f'moħħok ċerti rekwiżiti tas-sigurtà int u tippakkja u qabel titla' fuq l-ajruplan:
Aktar dwar:
Iċċekkja l-websajt tal-ajruport tiegħek għal-lista ddettaljata tal-oġġetti projbiti jew staqsi lill-kumpanija tal-ajru qabel tivvjaġġa.
Għas-sigurtà ġenerali, l-oġġetti li jinġarru fil-vjaġġ jiġu skenjati jew inkella ċċekkjati qabel ma jitħallew jidħlu fiż-żoni ta' sigurtà fl-ajruport.
Il-bibien tal-kabina tal-pilota jinżammu magħluqin biex ma jitħallux persuni li mhumiex awtorizzati jidħlu fiha.
Il-linji tal-ajru kollha li joperaw titjiriet li jibdew u jispiċċaw fl-UE għandhom jissodisfaw ċerti standards ta' sikurezza. Jekk qed tivvjaġġa barra l-Ewropa u tinsab imħasseb dwar is-sikurezza tal-ajruplan, tista' tiċċekkja l-lista tal-linji tal-ajru suspettużi tal-UE
.
F'dan il-każ, 27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera
F'dan il-każ, 27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera