Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Flus u Ħlas

Aġġornat : 27/06/2013

Spejjeż għar-roaming tal-mowbajl

Meta tuża l-mowbajl tiegħek f'pajjiżi oħra tal-UE - biex iċċempel, tibgħat SMS jew tuża l-internet - hemm limitu fuq kemm tista' tiġi ċċarġjat.

Madwar l-UE, il-"Eurotariff" għar-roaming tfisser li l-ispejjeż għall-użu ta' dawn is-servizzi għandhom limitu - biex twaqqaf prezzijiet eċċessivi.

It-tariffi massimi għal sejħiet, SMSs u internet (download ta' dejta) huma:

1 ta' Lulju 2012

1 ta' Lulju 2013

1 ta' Lulju 2014

Telefonati li tagħmel (kull minuta)

€0.29

€0.24

€0.19

Telefonati li tirċievi (kull minuta)

€0.08

€0.07

€0.05

SMS li tibgħat (għal kull messaġġ SMS)

€0.09

€0.08

€0.06

Onlajn (download ta' dejta, għal kull MB*)

€0.70

€0.45

€0.20

* Il-limitu huwa għal kull MB iżda se tiġi ċċarġjat għal kull Kilobyte li tuża.
Il-prezz ma jinkludix il-VAT.

Dawn il-limiti ta' prezzijiet japplikaw għal kulħadd - sakemm ma għażiltx xi servizz jew pakkett speċifiku. Ovvjament, l-operatur tiegħek jista' joffrilek rati iktar baxxi, għalhekk tajjeb li tqabbel ftit l-offerti.

Notifika tal-prezzijiet

Meta taqsam il-fruntieri tal-UE, l-operatur tal-mowbajl tiegħek irid jibgħatlek messaġġ dwar il-prezz biex iċempel jew tirċievi telefonata, tibgħat il-messaġġi, u tuża l-internet (download ta' dejta) fil-pajjiż tal-UE fejn għadek kif dħalt.

Ħarsien mill-"kontijiet xukkanti"

Biex tkun protett minn kontijiet eċċessivi ta' roaming tad-dejta, il-volum ta' dejta ddownlowdjat fuq mowbajl huwa limitat, mad-dinja kollha, għal valur ta' €50 (jew l-ekwivalenti f'munita oħra) sakemm ma jkollokx ftehim ieħor mal-operatur tiegħek. Għandek ukoll tirċievi twissija meta tilħaq 80% ta' dan il-limitu miftiehem.

Storja bħala eżempju

Daqshekk se ttella' kontijiet kbar bla ma biss tinduna.

Aniko, mill-Ungerija, tuża skoss apps fuq l-ismartphone tagħha: servizzi ta' streaming tal-mużika, netwerks soċjali biex iżżomm kuntatt ma' sħabha u mapep biex issib ħwienet u stabbilimenti. Fuq btala fil-Greċja, insiet titfi l-aġġornamenti awtomatiċi fuq is-smartphone tagħha. Iżda m'għandhiex għalfejn tinkwieta li jaslilha kont enormi: sakemm ma kellhiex ftehim differenti mal-operatur tagħha, l-ispiża tad-dejta bir-roaming għandha limitu massimu ta' €50 (u l-VAT).

X'tagħmel jekk l-affarijiet ma jmorrux tajjeb

Jekk taħseb li l-fornitur tas-servizz tiegħek kiser drittijietek fir-rigward ta' dawn il-prezzijiet u kundizzjonijiet għas-servizzi tar-roaming:

  • ikkuntattja lill-fornitur (jew bejjiegħ) tas-servizz tiegħek u ddikjara drittijietek u l-obbligazzjonijiet u itlobhom isolvu l-problema qabel ma jkollok tieħu passi iktar serji.
  • jekk ma tkunx kuntent bit-tweġiba tal-fornitur, tista' tikkuntattja l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti. Jista' jkollhom is-setgħa jsolvu l-argument. F'ħafna każi, ħolqu proċeduri speċjali u jsolvu l-affarijiet b'mod ġust u malajr. Tista' tibgħatilhom ilmenti dwar it-termini u l-kondizzjonijiet, il-kwalità tas-servizz, l-aċċess għan-netwerks u s-servizzi, u s-servizzi tar-roaming.

Storja bħala eżempju

Tħallix lil fornitur tiegħek jisolħok

Wara vakanza fl-Italja, Birgit mid-Danimarka rċeviet kont għoli talli użat l-ismartphone biex iżżomm kuntatt man-nies waqt il-btala. Ikkuntattjat lill-fornitur tagħha u qaltlu dwar il-limiti u l-prezzijiet massimi skont ir-regoli tal-UE u talbitu jirrevedi t-tariffi. Imbagħad irċeviet kont ġdid mingħand il-fornitur tagħha bit-tariffi riveduti kif imiss.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

  • Ikkuntattja r-regolatur nazzjonali fil-pajjiż tal-UE fejn l-operatur tal-mowbajl tiegħek huwa bbażat għal problemi jew mistoqsijiet marbutin mal-limiti l-ġodda.