Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 04/09/2013

Spejjeż għar-roaming tal-mowbajl – FAQ

  • Ir-roaming, x'inhu?

    Meta tuża l-mowbajl barra minn pajjiżek biex tagħmel jew tirċievi s-sejħiet, tibgħat il-messaġġi (SMS) jew tinnaviga fuq l-internet.

    Dawn is-servizzi normalment jiġu pprovduti minn operatur tan-netwerk lokali (barrani), li jitħallas mingħand l-operatur tiegħek, li mbagħad jgħaddi dawn l-ispejjeż lilek.

  • Kuntratt tar-roaming ma' operatur differenti - possibbli dan?

    IVA - mill-1 ta' Lulju 2014 se tkun tista' tagħmel kuntratt ma' operatur, għal servizzi nazzjonali, u ieħor ma operatur differenti, għar-roaming.

    Dakinhar, l-operatur tiegħek ikollu jinformak li din l-għażla teżisti, biex tkun tista' ssib operatur differenti għar-roaming, jekk ikun joffri ftehim aħjar.

  • In-numru jinbidilli jekk ikolli kuntratt tar-roaming separat?

    LE - tkun tista' żżomm l-istess numru għaż-żewġ kuntratti.

  • X'jiġri jekk ma nkunx irrid kuntratt tar-roaming separat?

    Ovvjament tista' tibqa' mal-operatur oriġinali tiegħek għas-servizzi kollha; ma għandek l-ebda obbligu tagħmel kuntratt separat. Din l-għażla qegħda hemm speċifikament biex tagħmilhielek iktar faċli tqabbel il-prezzijiet tar-roaming bejn l-operaturi.

  • U x'jiġri jekk ma nixtieqx nirċievi messaġġi bit-tariffa tar-roaming meta naqsam fruntiera?

    Tista' tagħżel li ma tirċevihomx billi tinforma lill-operatur tiegħek.

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika