Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Flus u Ħlas

Aġġornat : 14/08/2013

L-€, trasferimenti fi flus kontanti u ħlas bil-kards

L-ewro

Tista' tuża l-ewro fi 17-il pajjiż tal-UE: l-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Portugall, is-Slovakja, is-Slovenja u Spanja. Skopri iktar dwar l-ewro, liema pajjiżi jużawha u r-rati tal-kambju.

Tista' tuża l-karti tal-flus u l-muniti kollha kullimkien fiż-żona tal-ewro, inklużi ħafna mit-territorji mbiegħda, bħall-Ażores, il-Gżejjer Kanarji, Ċewta u Melilla, il-Guyana Franċiża, il-Guadeloupe, Madeira, Martinique, Mayotte, Réunion, Saint Barthélemy, u Saint Pierre u Miquelon.

Andorra, Monako, San Marino u l-Belt tal-Vatikan jużaw l-ewro bħala l-munita nazzjonali tagħhom, bi ftehim mal-UE. Għadd ta' pajjiżi u territorji, bħall-il-Kosovo u l-Montenegro, jużaw l-ewro bħala l-munita de facto tagħhom.

Trasferimenti ta' flus kontanti u ħlas bil-kard

Waqt vjaġġ, il-biċċa l-kbira tan-nies ma jħobbux iżommu fuqhom ammonti kbar ta' flus. Normalment niddependu fuq il-karti tad-debitu/kreditu għall-ispejjeż regolari ta' waqt il-vjaġġ. Sakemm il-ħlasijiet li tagħmel ikunu fl-ewro u fl-UE, ma għandekx teħel iktar tagħhom minn kwalunkwe pagament proċessat eletettronikament nazzjonali tal-istess valur f'ewro.

Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet bl-ewro (pereżempju bejn kontijiet tal-ewro) f'pajjiżi 'l barra miż-żona tal-ewro u għal ħlas bil-krona Svediża.

Iktar tagħrif dwar ir-regoli tal-pagamenti bejn pajjiż u ieħor f'ewro

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika