Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Dokumenti meħtieġa

Aġġornat : 04/09/2013

Ċittadini mhux tal-UE

Rekwiżiti passaport/viża

Jekk int ċittadin mhux mill-UE u tixtieq iżżur jew tivvjaġġa fl-UE, jeħtieġlek passaport:

  • validu għal tal-anqas 3 xhur wara d-data li biħsiebek tħalli l-pajjiż tal-UE li tkun qed iżżur,
  • li jkun inħariġlek sa 10 snin qabel,

u possibbilment viża. Applika għal viża mill-konsulat jew l-ambaxxata tal-pajjiż li se żżur. Jekk il-viża tkun inħarġet minn pajjiż taż-"żona ta' Schengen", hi awtomatikament tippermettilek ukoll tivvjaġġa lejn pajjiżi oħra ta' Schengen. Jekk għandek permess ta' residenza validu minn xi wieħed minn dawk il-pajjiżi ta' Schengen, dan jgħodd bħala viża. Jista' jkollok bżonn viża nazzjonali biex iżżur pajjiżi li ma jagħmlux parti mill-ftehim ta' Schengen.

Uffiċjali mal-fruntiera fil-pajjiżi tal-UE jistgħu jitolbu dokumenti oħra ta' prova bħal ittra ta' stedina, prova tal-akkomodazzjoni, biljett bir-ritorn jew vjaġġ b'lura. Għar-rekwiżiti preċiżi kkuntattja s-servizzi konsulari lokali tal-pajjiż tal-UE kkonċernat.

Hemm għadd ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom ma għandhomx bżonn viża biex iżuru l-UE għal tliet xhur jew anqas. Il-lista ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtiġilhom viża biex jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit jew l-Irlanda hi xi ftit differenti minn ta' pajjiżi oħra tal-UE.

Il-kundizzjonijiet ta’ dħul lejn ir-Renju Unit jew l-Irlanda huma bbażati fuq il-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u jvarjaw mir-regoli tal-UE.

Dokumenti oħra

Tinsiex id-dokumenti tal-assigurazzjonijiet tiegħek għall-ivvjaġġar, is-saħħa u/jew il-karozza.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika