Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 07/07/2017

Dokumenti tal-ivvjaġġar għall-minuri – Malta

Agħżel il-pajjiż

Drittijiet komuni fil-pajjiżi tal-UE


* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Il-minorenni ta' nazzjonalità Maltija li jivvjaġġaw b' karta tal-identità huma ġeneralment permessi li jivvjaġġaw jekk ikunu akkumpanjati miż-żewġ ġenituri jew jekk ikollhom kunsens bil-miktub miż-żewġ ġenituri. Dan il-kunsens bil-miktub miż-żewġ ġenituri għandu jiġi ċċertifikat bħala awtentiku.

Jekk il-minorenni jivvjaġġaw b' passaport, kunsens bil-miktub mhuwiex rikjest peress li ż-żewġ ġenituri jridu jagħtu l-kunsens tagħom biex jinħareġ il-passaport.

L-ebda dokument speċjali addizzjonali mhuwa meħtieġ biex (jerġgħu) jidħlu f'Malta. (Mhux se jiġu ċċekkjati mill-awtoritajiet tal-Kontroll fil-Fruntieri jekk jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi ta' Schengen.)

Minbarra karta tal-identità valida jew passaport validu, il-minorenni li huma ċittadini ta' pajjiż ieħor tal-UE ma għandhom bżonn ebda dokument speċifiku ieħor biex jidħlu jew jitilqu minn Malta jekk ikunu qed jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi ta' Schengen peress li ma hemm l-ebda verifiki mill-Gwardjani tal-Fruntiera jew l-uffiċjali tal-migrazzjoni.

Jekk jidħlu Malta minn pajjiż barra Schengen, huwa preżunt li t-tluq tagħhom kien ġie ċċekkjat u approvat skont ir-regoli f'dak il-pajjiż. Iżda, jekk dawn jinnutaw xi ħaġa mhux mistennija jew li tista' tidher suspettuża, il-Gwardjani tal-Fruntieri u l-uffiċjali tal-immigrazzjoni jistgħu jagħmlu mistoqsijiet sabiex jiżguraw li huma vjaġġaturi bona fide. L-awtoritajiet jistgħu wkoll iwettqu kontrolli simili għal minorenni li jitilqu minn Malta għal pajjiż barra Schengen.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett
Dokumenti tal-ivvjaġġar għaċ-ċittadini tal-UE
Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?
Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri