Mogħdija tan-navigazzjoni

Dokumenti meħtieġa

Aġġornat : 04/2013

Ċittadini tal-UE

Jekk int ċittadin tal-UE , jeħtieġlek turi l-ID kard nazzjonali jew il-passport meta tkun qed tivvjaġġa minn pajjiż għal ieħor tal-UE.

Iż-żona bla passaport ta' Schengen tinkludi:

L-Awstrija

L-Ungerija

In-Norveġja

Il-Belġju

L-Islanda

Il-Polonja

Ir-Repubblika Ċeka

L-Italja

Il-Portugall

Id-Danimarka

Il-Latvja

Is-Slovakkja

L-Estonja

Il-Liechtenstein

Is-Slovenja

Il-Finlandja

Il-Litwanja

Spanja

Franza

Il-Lussemburgu

L-Isvezja

Il-Ġermanja

Malta

L-Isvizzera

Il-Greċja

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Xorta waħda għandek turi karta tal-identità valida jew passaport validu meta tivvjaġġa lejn jew lura mill-Bulgarija, Ċipru, l-Irlanda, ir-Rumanija jew ir-Renju Unit. Għalkemm parti mill-UE, dawn il-pajjiżi ma jagħmlux parti miż-żona bla passaport ta' Schengen.

"Bla passaport" tikkonċerna l-verifiki mal-fruntieri biss – l-aħjar li dejjem tieħu passaport jew karta tal-identità miegħek, biex tkun tista' tipprova l-identità tiegħek jekk ikun meħtieġ (jekk iwaqqfuk il-pulizija, int u titla' ajruplan, eċċ.).

Il-liċenzja tas-sewqan, il-kards tal-posta, tal-bank jew tat-taxxa ma jitqisux bħala dokumenti tal-ivvjaġġar validi jew bħala prova ta' identità.

X'tagħmel jekk:

  • tlift il-passaport jew insteraqlek?
  • tinduna li l-passaport skadielek matul il-vjaġġ tiegħek?

Hi liema hi minn dawn iż-żewġ ċirkostanzi, skont ir-regoli tal-UE tista' tivvjaġġa biss b'karta tal-identità valida jew b'passaport validu. Iżda l-għajnuna ma' tonqosx, billi l-pajjiżi tal-UE għandhom sistema fil-post li ssolvi każijiet bħal dawn.

Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri jvarjaw bil-bosta minn pajjiż għal ieħor. Għalhekk jekk int tinsab fl-UE, l-ewwel post li jeħtieġlek tmur fih għandu jkun il-konsulat jew l-ambaxxata ta' pajjiżek. (Jekk għandek problema simili f'pajjiż barrani li mhux fl-UE, fejn pajjiżek ma għandux konsulat jew ambaxxata, għandek id-dritt li titlob protezzjoni konsulari minn kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE.)

Dokumenti għat-tfal

Barra milli jkollhom il-passaport validu jew il-karta tal-identità valida tagħhom, it-tfal kollha li jkunu qed jivvjaġġaw:

  • weħidhom; jew
  • ma' adulti li mhumiex il-kustodji legali tagħhom; jew
  • ma' ġenitur wieħed biss

jista' jkun jeħtiġilhom dokument (uffiċjali) ieħor iffirmat mill-ġenituri, mit-tieni ġenitur jew mill-kustodju(i) legali tagħhom li jawtorizzahom li jivvjaġġaw.

L-ewwel għandek tikkonsulta l-ambaxxata lokali tal-pajjiż li t-tfal se jivvjaġġaw fih għall-informazzjoni dwar liema, jekk inhu l-każ, dokumenti oħrajn se jkunu jeħtieġu biex jagħmlu l-vjaġġ.

Storja bħala eżempju

Lars hu Svediż u qiegħed għal btala fi Spanja. Hu ħa miegħu kard tal-bank - li fl-Isvezja, hi aċċettata bħala prova tal-identità.

Iżda Lars jista' jsib ruħu fl-inkwiet jekk l-awtoritajiet Spanjoli jkunu jridu jiċċekkjaw l-identità tiegħu, billi l-unika dokumenti tal-identità validi li jirrikonoxxu huma l-karti tal-identità u l-passaporti maħruġin mill-awtoritajiet Svediżi.

X'inhi karta tal-identità valida/passaport validu f'pajjiżek?

Rifjut ta' dħul

F'każijiet rari ħafna, pajjiż tal-UE jista' jirrifjuta d-dħul tiegħek jew ta' membri tal-familja tiegħek minħabba "politika pubblika, sigurtà pubblika u saħħa pubblika".

Dan ifisser li l-awtoritajiet għandhom jippruvaw li int jew il-membri tal-familja tiegħek huma "ta' theddida ġenwina, preżenti u biżżejjed serja".

Għandek id-dritt li tingħata din id-deċiżjoni bil-miktub, fejn ikunu ddikjarati r-raġunijiet, u li fiha jiġi speċifikat kif tista' tappella u ż-żmien li għandek biex tkun tista' tagħmel dan.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Footnote

jew ċittadin tal-Irlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

Obbligatorju għaċ-ċittadini Svediżi

Retour au texte en cours.