Mogħdija tan-navigazzjoni
LE — Normalment jeħtieġlek jew il-karta tal-identità nazzjonali jew il-passaport tiegħek, biex turi li int ċittadin tal-UE meta taqsam il-fruntieri bejn il-pajjiżi tal-UE.
Liċenzja tas-sewqan ma titqies bħala dokument għall-ivvjaġġar – anki jekk tista' tużaha għall-finijiet ta' identifikazzjoni f'pajjiżek, u anke jekk pajjiżek ma għandux karti tal-identità uffiċjali.
Il-gwardjani mal-fruntieri jistgħu, f'każijiet rari, iħalluk taqsam b'sempliċi liċenzja tas-sewqan – iżda tiddipendix fuqha.
Aktar tagħrif dwar:
LE — Dik li qed issejħilha "karta tal-identità" Taljana uffiċjalment mhix ħlief permess ta' residenza; hi ma tiħux post il-karta tal-identità Ġermaniża jew il-passaport tiegħek.
Il-gwardjani mal-fruntieri jistgħu, f'każijiet rari, iħalluk taqsam biss bil-permess ta' residenza Taljan tiegħek – iżda tiddipendix fuqu.
Aktar tagħrif dwar:
IVA — It-tarbija tiegħek għandha bżonn dokument individwali tal-ivvjaġġar għall-Polonja. Jekk għad għandek passaport tal-familja qadim li jinkludi t-tarbija tiegħek, dan ma baqax validu għat-tarbija mis-26 ta' Ġunju 2012 meta ddaħħal il-prinċipju li kull persuna għandha tivvjaġġa b'passaport individwali jew b'karta tal-identità.
Aktar tagħrif dwar:
Dan jiddependi — mir-regoli f'pajjiżek u mill-pajjiż fejn se jmur ibnek.
F'ċerti pajjiżi, pereżempju, il-ġenituri għandhom jiffirmaw awtorizzazzjoni qabel ma t-tfal tagħhom jivvjaġġaw ma ħaddieħor.
Biex tkun 100% ċert, iċċekkja mal-awtoritajiet fejn tgħix, u mas-servizzi konsulari tal-pajjiż li ibnek se jkun qed iżur.
Aktar tagħrif dwar:
IVA — Avolja ma għadx jeżistu kontrolli ta' rutina mal-fruntieri bejn il-pajjiżi taż-żona Schengen, xorta waħda jista' jsiru kontrolli sporadiċi – mal-fruntiera jew fil-pajjiż.
Iżda dan ma jinvolvix biss il-kontrolli mal-fruntieri – jekk tkun qed tivvjaġġa bl-ajru jew bil-baħar, il-linja tal-ajru jew tal-baħar probabilment titolbok karta tal-identità Franċiża jew passaport validu, bħala identifikazzjoni.
Aktar tagħrif dwar:
LE — Il-gwardjani bejn il-fruntieri ma jistgħux jibagħtuk lura mingħajr ma jagħtuk ħin biżżejjed sabiex jintbagħatlek il-passaport jew il-karta tal-identità.
U anke mingħajrhom, għandek titħalla tgħaddi sakemm tkun tista' turi evidenza dokumentata tal-identità u n-nazzjonalità tiegħek (ta' pajjiż mill-UE).
Iżda biex tkun fi żgur, l-aħjar li tivvjaġġa bil-passaport u l-karta tal-identità tiegħek.
Aktar tagħrif dwar: