Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 06/2012
Ma hemm ebda restrizzjoni ġenerali fuq kemm iġġorr minn dawn il-prodotti jekk tivvjaġġa fi ħdan l-UE, peress li l-pajjiżi kollha tal-UE jridu jkunu jaqblu ma' livelli veterinarji komuni stretti. Dan japplika wkoll jekk tkun qed tivvjaġġa lejn jew minn Andorra, il-Liechtenstein, in-Norveġja, San Marino jew l-Isvizzera.
Jistgħu japplikaw xi restrizzjonijiet fil-każ ta' epidemiji ta' mard tal-annimali lokalizzati.
Jekk tasal fl-UE, minn pajjiż li ma jissemmiex hawn fuq, ma tistax iddaħħal miegħek laħam, ħalib jew prodotti tal-ħalib mingħajr dokumenti veterinarji uffiċjali. Dan isir biex ikun evitat mard serju tal-annimali
English milli jiddaħħal fl-UE.
Madankollu, tista' ddaħħal ħalib tat-trab tat-trabi, ikel tat-trabi u ikel meħtieġ għal raġunijiet mediċi - suġġett għal ċerti restrizzjonijiet. Tista' ddaħħal ukoll kwantitajiet limitati - għall-konsum personali - ta' prodotti minn annimali oħrajn li jinkludu prodotti tas-sajd, bebbux u għasel.
Dawk li jkunu deħlin fl-UE mill-Kroazja, il-Gżejjer Faeroe, Greenland u l-Islanda jistgħu jdaħħlu kwantitajiet żgħar ta' prodotti tal-laħam u tal-ħalib għall-konsum personali.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja