Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 24/06/2014

shopping

Prezzijiet inġusti

Fl-UE kollha kemm hi, il-bejjiegħa jridu jindikaw il-prezzijiet tal-prodotti b'mod ċar biżżejjed biex tkun tista' faċilment tqabbilhom ma' dawk ta' prodotti simili u tagħmel għażliet informati – ikunu kif ikunu ppakkettati jew kemm jinbiegħu unitajiet flimkien.

Il-kumpaniji huma legalment obbligati li jkunu assolutament ċari dwar il-prezz li se jkollok tħallas meta jirreklamaw jew ibigħulek xi ħaġa.

Informazzjoni sħiħa tal-prezzijiet

Il-prezz ikkwotat f’offerta għandu jinkludi t-taxxi kollha u l-ispejjeż tal-konsenja. U jekk jista’ jkun hemm spejjeż żejda li ma jistgħux jiġu kkalkolati minn qabel, għandek ukoll issir taf minn qabel.

Storja bħala eżempju

Steven, minn l-Iskozja, sab xi titjiriet irħas ħafna biex imur Spanja fuq websajt ta' linja tal-ajru, iżda wara li lesta l-ibbukkjar onlajn, il-prezz finali rdoppja – inklużi d-diversi ħlasijiet addizzjonali li ma kinux ġew imsemmija fi kwalunkwe stadju tal-proċess ta' prenotazzjoni.

Steven ikkuntattja d-dipartiment tas-servizz tal-klijent fejn ġie infurmat li l-prezz tal-bidu kien sempliċement indikattivi. Ċempel liċ-Ċentru Skoċċiż tal-konsumaturi u dawn ikkonfermawlu li għalkemm il-linji tal-ajru huma tabilħaqq intitolati għal ħlas żejjed tal-bagalji jew matul it-titjira għal affarijiet bħal ikliet, dawn għandhom jiġu indikati mill-bidu nett (flimkien ma' spejjeż addizzjonali oħra, taxxi, eċċ.). Barra minn hekk, dawn l-ispejjeż żejda li mhumiex obbligatorji, bħal miżati ta' ħlasijiet jew amministrazzjoni, għandhom dejjem jiġu inklużi fil-prezz inizjali.

Wara intervent miċ-ċentru tal-konsumatur, il-linja tal-ajru issa tindika l-prezzijiet supplimentari kollha b'mod ċar u mingħajr ambigwità fil-bidu ta' kull proċess ta' prenotazzjoni.

Meta xi ħaġa hija rreklamata bħala "b'xejn", inti ma tista' tiġi obbligat tħallas xejn għajr in-nefqa ta':

  • risposta għar-riklam,
  • ġabra tal-oġġett jew il-konsenja.

Paragun faċli – prezz għal kull unità

Għandek tkun tista' tqabbel il-prezzijiet, bejn id-ditti u bejn id-daqs tal-pakketti – biex tara, pereżempju, kemm tiffranka meta tixtri pakkett kbir tal-familja taċ-ċereali minflok pakkett żgħir.

Għaldaqstant, il-prodotti kollha għandhom ikunu mmarkati mhux biss bil-prezz tal-bejgħ, iżda wkoll bil-prezz għal kull unità – pereżempju, il-prezz kull kilo jew kull litru. Din l-informazzjoni għandha tkun mingħajr ambigwità, tinqara b’mod ċar, u tingħaraf faċilment.

Din ir-regola tapplika wkoll għal reklami li jsemmu prezz tal-bejgħ.

Storja bħala eżempju

Nadine tgħix il-Belġju viċin il-fruntiera Ġermaniża u hija omm Clara li għandha 5 xhur. Ma dametx ma saret taf kemm iqumu flus il-ħrieqi, għalhekk bdiet tqabbel il-prezzijiet tal-ħrieqi fi ħwienet differenti fil-Belġju u fil-Ġermanja.

Sabet bejjiegħ Ġermaniż li joffri pakketti tal-istess ħrieqi għall-istess prezz. Iżda meta ħarset b'aktar attenzjoni lejn il-prezz, irrealizzat li l-pakketti Ġermaniżi kien fihom 140 ħarqa, mentri dawk tal-Belġju kien fihom biss 90. Dan ifisser li mill-Belġju kienu ferm aktar għoljin. Mill-ewwel bdiet tixtri l-ħrieqi mill-ħanut Ġermaniż.

Ftakar li trid tiċċekkja l-prezz unitarju qabel tixtri.

Eċċezzjonijiet

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' merkanzija li għalihom ir-regoli tal-prezzijiet unitarji jistgħu ma japplikawx – minħabba li l-indikazzjoni ta' prezz unitarju jista’ joħloq konfużjoni, jew minħabba n-natura jew l-iskop partikolari tal-oġġetti:

  • prodotti mibjugħa minn magni tal-bejgħ awtomatiċi,
  • prodotti mibjugħa bl-irkant,
  • opri tal-arti u antikitajiet.
Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.