Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Trattament inġust

Aġġornat : 23/06/2014

shopping

Klawżoli kuntrattwali inġusti

Mhux dejjem tista’ tirrealizzaha, iżda kull darba li tixtri prodott jew servizz minn negozjant professjonali, tkun qed tidħol f'kuntratt - sew jekk tkun qed tiffirma sħubija f'ġinnasju, tordna tajers ta' karozza onlajn, takkwista ipoteka għal darek jew anki sempliċement tixtri prodotti tal-merċa mis-supermerkit.

It-termini ta' kuntratt standard użati min-negozjanti, sew jekk jissejħu "termini u kundizzjonijiet" jew jagħmlu parti minn kuntratt iddettaljat li fil-fatt jista' jkollok tiffirma, jeħtieġu li jkunu ġusti.

It-termini kuntrattwali għandhom jitfasslu b’kitba sempliċi, li tinftiehem. Kwalunkwe ambigwitajiet se jiġu interpretati favur tiegħek.

Sens ta' ġustizzja u Rieda tajba

Skont il-liġi tal-UE, sabiex l-affarijiet ikunu ġusti, it-termini kuntrattwali standard ma jistgħux joħolqu żbilanċ fid-drittijiet u l-obbligi ta' konsumaturi fuq naħa u bejjiegħa u provvedituri fuq l-oħra.

Termini potenzjalment inġusti

Minbarra r-rekwiżit ġenerali ta' "rieda tajba" u ta' "bilanċ", ir-regoli tal-UEбългарски (bg)czech (cs)dansk (da)Deutsch (de)eesti (et)ελληνικά (el)English (en)español (es)Français (fr)Gaeilge (ga)italiano (it)latviešu (lv)lietuvių (lt)magyar (hu)Nederlands (nl)polski (pl)português (pt)română (ro)slovenčina (sk)slovenščina (sl)suomi (fi)svenska (sv) fihom lista ta' termini speċifiċi li jistgħu jitqiesu inġusti. Jekk termini speċifiċi f'kuntratt huma inġusti, dawn ma jorbtux il-konsumaturi u n-negozjant ma jistax jistrieħ fuqhom.

Dawn huma xi sitwazzjonijiet fejn termini kuntrattwali jistgħu jkunu li huma ġġudikati inġusti skont ir-regoli tal-UE:

1. Responsabbiltà meta konsumatur imut jew iweġġa’

Termini li jeskludu/jillimitaw ir-responsabbiltà tan-negozjant jekk konsumatur imut jew iweġġa’ minħabba att/ommissjoni minn dak in-negozjant.

Storja bħala eżempju

Sam issieħeb mal-ġinnasju lokali tiegħu. Meta ta daqqa t'għajn aktar mill-viċin lejn il-kuntratt tas-sħubija tiegħu, kien sorpriż hu u jaqra li l-ġinnasju ma jassumix ir-responsabbiltà għal kwalunkwe dannu jew korriment ikkawżat mill-użu tal-faċilitajiet u tat-tagħmir.

Hu u jivverifika, kien tabilħaqq informat mill-assoċjazzjoni nazzjonali tal-konsumaturi tiegħu li terminu li jeskludi r-responsabbiltà tan-negozjant mhux validu. Wara investigazzjoni minn awtorità nazzjonali tal-infurzar, mibdija abbażi tal-ilment ta' Sam, il-qorti ipprojbit in-negozjant milli juża dan it-terminu fil-kuntratti kollha tiegħu.

2. Kumpens jekk negozjant ma jonorax dak li jwiegħed

Termini li jeskludu/jillimitaw b'mod mhux xieraq id-drittijiet tal-konsumaturi għal kumpens jekk in-negozjant ma jonorax l-obbligu tiegħu fil-kuntratt.

Storja bħala eżempju

Costas mar fuq pakkett ta' vaganza mat-tfajla tiegħu l-Kenja u ħallas €2,000 il-persuna. Il-vaganza kienet diżastru. It-titjira kienet ittardjata b’12-il siegħa. L-arja kundizzjonata fil-lukanda ma kinitx qed taħdem affattu. Il-vjaġġ tas-safari sar iżda mhux fil-park li kien imwiegħed lilhom; biex tgħaxxaqha, twasslu hemm bix-xarabank minflok bl-ajruplan. Huma lmentaw mal-operatur tat-tur u talbu kumpens li kien jammonta għal total ta' €5,000 (€4,000 għall-ispiża tal-pakkett u €1,000 għal ħin u pjaċir moħli). L-operatur tat-tur qabel li jikkumpensahom b'€1,000 biss, hu u jindikalhom dispożizzjoni fil-kuntratt li tillimita r-responsabbiltà tal-organizzatur għal 25% tal-ispiża totali tal-vaganza.

Meta Costas staqsa, l-assoċjazzjoni tal-konsumaturi lokali qaltlu li termini li b'mod mhux xieraq jillimitaw ir-responsabbiltà tan-negozjant f'każ ta' prestazzjoni kuntrattwali inadegwata aktarx li huma inġusti. Costas iddeċieda li jieħu l-operatur tat-tur il-qorti biex jinforza d-drittijiet tiegħu.

Ara wkoll drittijietekбългарски (bg)czech (cs)dansk (da)Deutsch (de)eesti (et)ελληνικά (el)English (en)español (es)Français (fr)Gaeilge (ga)italiano (it)latviešu (lv)lietuvių (lt)magyar (hu)Nederlands (nl)polski (pl)português (pt)română (ro)slovenčina (sk)slovenščina (sl)suomi (fi)svenska (sv) jekk qed tixtri pakkett ta' vaganza.

3. Klawżola li tiffavorixxi lin-negozjant li jiżloq mill-kuntratt

Termini li jorbtu lill-konsumatur iżda jippermettu lin-negozjanti li jiżolqu milli jipprovdu s-servizz sempliċement għax ma jaqblilhomx.

Storja bħala eżempju

Liese kienet qed tivvjaġġa ħafna u ddeċidiet li tqabbad ġardinar biex jiġi darbtejn fil-ġimgħa jieħu ħsieb il-medda ħaxix u l-fjuri quddiem id-dar tagħha. Iżda xahar minnhom fis-sajf il-ġardinar ma ġiex u l-fjuri mietu minħabba nuqqas ta' ilma. Meta Liese lmentat, il-ġardinar indikalha terminu fil-kuntratt li kien jippermettilu ma jiġix meta kien ikun mgħobbi bix-xogħol minħabba klijenti oħrajn.

Liese qalet lill-ġardinar li, skont l-informazzjoni li hi kienet sabet fuq l-internet, din il-klawżola ma kinitx valida - għalhekk hi rnexxielha tingħata kumpens bi ħbiberija għat-telf tal-fjuri u akkwistat impenn formali mill-ġardinar li kellu jiggarantilha s-servizzi tiegħu darbtejn fil-ġimgħa.

4. Kumpens lil naħa waħda għal kanċellazzjoni

Termini li jippermettu lil negozjant li jżomm il-ħlas minn qabel jekk il-konsumatur jikkanċella l-kuntratt mingħajr ma jippermetti li jingħata kumpens ekwivalenti lill-konsumatur meta n-negozjant jikkanċella.

Storja bħala eżempju

Mary ordnat għamara tal-kċina għall-appartament ġdid tagħha. Ħallset depożitu ta' 30% bil-quddiem u l-kumpanija ġiet fl-appartament tagħha biex tieħu l-qies. L-għamara kellha tkun lesta u tiġi installata fi żmien 8 ġimgħat.

Wara xahrejn Mary ċemplet lill-bejjiegħ u qalulha li, sfortunatament, ma kienx se jkun possibbli li jwasslulha l-għamara għal diversi xhur. Billi Mary xtaqet li tidħol fl-appartament il-ġdid, ikkanċellat il-kuntratt, xtrat għamara li kien baqa' minnha f'ħanut ieħor, u talbet li tingħata lura l-flus li ħallset għad-depożitu. Il-bejjiegħ irrifjuta li jirritorna d-depożitu hu u jindika terminu kuntrattwali li kien jgħid li, jekk il-konsumatur jikkanċella l-kuntratt, il-bejjiegħ għandu d-dritt li jżomm id-depożitu. Meta Mary qrat aħjar il-kuntratt skopriet li, kieku l-bejjiegħ iddeċieda li jikkanċella l-kuntratt, hi ma kienx ikollha dritt għal kumpens ekwivalenti.

Mary ċċekkjata mal-assoċjazzjoni nazzjonali tal-konsumaturi tagħha, li qaltilha li l-klawżola tal-kuntratt kienet bla dubju ta' xejn inġusta. Għalhekk, Mary kkuntattja lill-bejjiegħ għal darb’ oħra, irriferiet għal kuntratti tagħha ma' esperti legali fl-assoċjazzjoni tal-konsumaturi u rnexxielha tingħata lura d-depożitu tagħha.

5. Kumpens eċċessiv

Termini li jeżiġu konsumatur li ma josservax obbligu sabiex iħallas ammont għoli u irraġonevoli ta' kumpens.

Storja bħala eżempju

Tom kera karozza fl-ajruport ta' Malaga. Hu kien mistenni li jirritornaha lura b’tank mimli 3 ijiem wara. Fil-jum miftiehem, kien hemm konġestjoni tat-traffiku fit-triq lejn l-ajruport minħabba aċċident. Tom ma ridtx jaħli aktar żmien biex jagħti l-petrol billi dan seta' jtellfu t-titjira. Ta lura l-karozza bit-tank nofsu vojt. Malli wasal lura pajjiżu, induna li talbuh biex iħallas €45 għall-fjuwil, flimkien ma' dritt ta' ħlas ta' €150 talli kien tahom il-karozza bit-tank nofsu vojt.

Tom ikkuntattja n-netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi u qalulu li impożizzjoni ta' dritt ta' ħlas diżproporzjonalment għoli ta' din ix-xorta kienet inġusta. Bl-appoġġ ta' ECC-Net, il-kumpanija tatu lura €100.

6. Kanċellazzjoni magħmula minn naħa waħda

Termini li jippermettu lin-negozjant li jinħall minn kuntratt b'mod unilaterali iżda fejn il-konsumatur ma jgawdix l-istess dritt.

Storja bħala eżempju

Kristina ordnat libsa għat-tieġ mingħand diżinjatur tal-moda. Ġimagħtejn qabel il-tieġ, suppost kellha tiltaqa' mad-diżinjatur għall-aħħar prova. Meta ċemplitlu biex tagħmel appuntament, qalilha li kien ittermina l-kuntratt bejniethom mingħajr ma ta ġustifikazzjoni vera.

Kristina ċċekkjat ma’ avukat ħabib tagħha jekk d-disinjatur setax jikkanċella l-kuntratt b'dan il-mod. Ħabibha spjegalha li dan kien b'mod ċar terminu inġust billi l-kuntratt ma jagħtix lil Kristina l-istess dritt li tikkanċella. Ħabibha ċempel lid-disinjatur u spjegalu s-sitwazzjoni legali. Id-disinjatur ikkuntattja lil Kristina u għamel appuntament għall-prova. Il-libsa tagħha kienet lesta eżattament fil-ħin qabel il-tieġ.

7. Kanċellazzjoni fl-aħħar minuta

Termini li jawtorizzaw negozjant li jtemm kuntratt fl-aħħar minuta mingħajr data ta' tmiem fissa, ħlief meta jkun assolutament iġġustifikat.

Storja bħala eżempju

Nathalie kellha kuntratt ma’ provveditur lokali żgħir tal-Internet, mingħajr ebda data ta' tmiem speċifikata. Ġurnata fost l-oħrajn irċeviet email li kienet qed tinformaha li l-kuntratt kellu jintemm mill-ġimgħa ta' wara. Hi ċemplet lill-provveditur u talbitu spjegazzjoni iżda ma tawx raġuni vera għala l-kuntratt kellu jiġi kkanċellat b'avviż mogħti fi żmien daqshekk qasir.

Nathalie kkuntattjat assoċjazzjoni tal-konsumaturi, li qaltilha, li terminu ta' din ix-xorta aktarx li kien inġust. Għalhekk hi kkuntattjat mill-ġdid il-provveditur tal-Internet u rnexxielha ġġedded l-abbonament tal-Internet tagħha għal żmien suffiċjenti li kien jippermettilha taqleb ma' provveditur differenti.

8. Estensjonijiet awtomatiċi ta' kuntratti b'limitu ta' żmien fiss

Termini fejn konsumatur għandu jinnotifika intenzjoni biex itemm kuntratti ta' din ix-xorta iżda fejn il-limitu ta' żmien biex jagħmel dan hu minn qabel irraġonevolment.

Storja bħala eżempju

Mark għandu kuntratt ta' sena għal mowbajl tiegħu li għamlu 10 xhur ilu. Martu dan l-aħħar qalbet ma' kumpanija tal-mowbajl ġdida li kienet qed toffri bundle packs attraenti u sejħiet bla ħlas fi ħdan in-netwerk. Mark iddeċieda li jaqleb ma' dan l-operatur appena jagħlaqlu l-kuntratt. Hu ċċekkja l-kuntratt tiegħu u sab li jekk xtaq itemmu, ħtieġlu jagħmel dan b'avviż 6 xhur qabel. Billi hu ma kienx għamel dan, il-kuntratt tiegħu kien se jkun awtomatikament estiż għal sena oħra.

Mark kien diżappunatat u d-deċieda li jikkuntattja lill-organizzazzjoni nazzjonali tal-konsumaturi. Infurmawh li kien inġust min-naħa tal-kumpanija tal-mowbajl li tirrikjedi avviż daqstant minn qabel. Dawn qalulu biex iressaq il-kwistjoni quddiem il-qorti jekk il-kumpanija kienet se tipprova tinforza dan it-terminu inġust.

9. Termini moħbijin

Termini li jorbtu l-konsumaturi anki jekk huma ma setgħux ikunu konxji minnhom qabel ma ffirmaw il-kuntratt.

Storja bħala eżempju

Monika kriet appartament, b'kirja ta' 3 snin. Iżda kien biss meta ġarret biex toqgħod fih li sabet li kellha tuża servizz ta' tindif li jitħallas għalih €100 fix-xahar, apparti l-ħlas tal-kirja. Bla dubju ta' xejn kien hemm klawżola fil-kuntratt li kienet tirreferi għad-dokument dwar is-servizzi ta' tindif. Iżda Monika qatt ma ngħatat dan id-dokument.

Monika fittxet fuq l-internet u sabet li termini “moħbija” bħal dawn huma żleali. Hi qalet lill-proprjetarju tal-appartament li dan l-obbligu addizzjonali ma kienx ġust minħabba li hi ma kinitx ġiet informata dwaru qabel ma ffirmat il-kuntratt tal-kera - u hi eventwalment irnexxielha tevita dik l-ispiża fissa.

10. Tibdiliet unilaterali fil-kuntratt

Termini li jippermettu negozjant li jibdel kuntratt b'mod unilaterali sakemm il-kuntratt ma għandux fih raġuni valida biex isir dan.

Storja bħala eżempju

Pavel issellef somma flus mill-bank biex jixtri karozza ġdida. Wara 8 xhur, hu skopra li l-pagamenti fix-xahar tiegħu żdidulu.

Meta ta daqqa t'għan aktar bir-reqqa lejn il-kuntratt, Pavel skopra terminu li jawtorizza lill-bank li jibdel b'mod unilaterali r-rata tal-interess mingħajr ma jagħti lil Pavel iċ-ċans li jtemm il-kuntratt.

Hu kkuntattja l-assoċjazzjoni tal-konsumaturi lokali biex jingħata parir. Huma qalulu li, billi ma kien hemmx klawżola li tagħti lil Pavel id-dritt li jittermina l-kuntratt, it-terminu li jippermetti lill-bank li jżied ir-rata tal-interessi kien inġust. Huma tawh il-parir biex ma jħallasx l-għola rata ta' interess u biex iressaq ilment uffiċjali magħhom, jekk il-bank kellu jrrifjuta li jeżamina mill-ġdid it-terminu inġust - Pavel segwa l-parir tagħhom u rnexxielu jibdel il-klawżola fil-kuntratt.

11. Tibdiliet unilaterali lill-prodott jew lis-servizz

Termini li jippermettu negozjant li jagħmel tibdiliet lill-prodott jew lis-servizz li għandu jingħata, b'mod unilaterali u mingħajr raġuni valida.

Storja bħala eżempju

Birgit ordnat madum ġdid għall-kamra tal-bajnu rinnovata tagħha. Hi għażlet madum bi strixxi bojod u blu. Wara 4 ġimgħat, il-madum wasal iżda dan kien sempliċement madum abjad matt mingħajr strixxi. Meta hi kkuntattjat lill-fornitur, huma indikawlha li, skont it-termini u l-kundizzjonijiet li jidhru fuq l-ordni, jekk il-kumpanija ma tkunx tista' tissupplixxi kwalunkwe oġġett partikulari tkun xi tkun ir-raġuni, hi kellha tissostitwixxih b'oġġett ta' standard u valur ekwivalenti.

Birgit ikkuntattjat in-netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi u qalulha li kien inġust li tingħata termini u kundizzjonijiet li jipprovdu għal tibdiliet unilaterali fil-prodott fornut. Bl-appoġġ tan-netwerk ta' ECC-net, eventwalment reġgħet ingħatat flusha lura.

12. Varjazzjonijiet fil-prezzijiet

Termini fejn in-negozjant jista' jiffissa l-prezz finali mal-kunsinna jew iżidu mingħajr ma jagħti l-konsumaturi l-għażla li jikkanċellaw il-kuntratt jekk l-ammont ikun bil-wisq ogħla milli kien miftiehem fil-bidu.

Storja bħala eżempju

Thomas iffirma kuntratt ta' 5 snin għall-manutenzjoni tas-sistema ċentrali tat-tisħin fid-dar il-ġdida tiegħu. Wara 18-il xahar, sab li l-ħlas fix-xahar kien żdiedlu bla mistenni. Meta talab spjegazzjoni, in-negozjant indikalu klawżola fil-kuntratt li kienet tirriżerva d-"dritt" tal-kumpanija li żżid il-prezzijiet għall-manutenzjoni tat-tisħin sempliċement b'avviż mogħti xahar qabel.

Thomas iċċekkja mal-assoċjazzjoni tal-konsumaturi lokali, li qaltlu li terminu li jippermetti n-negozjant li jżid il-prezz ta' servizz mingħajr ma jippermetti lill-konsumatur jikkanċella l-kuntratt kien aktarx inġust. Thomas iddeċieda li jikkanċella l-kuntratt minflok ma jħallas l-ispejjeż addizzjonali li ma kinux previsti.

13. Interpretazzjoni unilaterali tal-kuntratt

Termini fejn in-negozjant għandu d-dritt waħdu li jinterpreta kwalunkwe klawżola tal-kuntratt u li jiddeċiedi jekk il-prodott jew is-servizz jikkonformax mal-kuntratt.

Storja bħala eżempju

Krisztina ordnat album tar-ritratti personalizzat b'ritratti ta' binha. Meta waslilha l-ktieb indunat li l-qoxra tal-ktieb ma kellhiex il-kulur li kienet għażlet. Hi lmentat mal-bejjiegħ iżda hu rrifjuta li jistampalha l-ktieb mill-ġdid. Hu rriferieha għat-termini u l-kundizzjonijiet murija fl-ordni, hu u jgħid li l-kunsinna hi konformi mal-kuntatt meta l-bejjiegħ jiddeċiedi li dan hu l-każ.

Krisztina kienet taf li termini ta' din ix-xorta kienu inġusti u insistiet li n-negozjant jistampalha l-ktieb jew jagħtiha l-flus lura. Billi indikat drittijietha, eventwalment hi ġiegħlet li l-ktieb jiġi stampat mill-ġdid mingħajr ebda spejjeż addizzjonali.

14. Meta wieħed ma jonorax dikjarazzjonijiet magħmulin mill-persunal ta' negozjant

Termini li bis-saħħa tagħhom negozjant jipprova jiżgiċċa mill-impenji magħmulin mill-persunal tiegħu jew fejn tali impenji huma soġġetti għal kundizzjonijiet oħrajn.

Storja bħala eżempju

Jake xtara par żraben f'ħanut. Ma kellux il-ħin jipprovahom iżda l-assistent tal-ħanut qallu li, jekk il-miżura tkun ħażina, hu kellu joħodhomlu lura u jibdilhomlu. Iż-żraben fil-fatt irriżulta li kienu ta' miżura ħażina, għalhekk Jake ħadhom lura. Iżda l-maniġer irrifjuta li jibdilhomlu u werieh dokument bil-miktub dwar il-kundizzjonijiet ta' bejgħ li kienu jispeċifikaw b'mod partikulari li ebda bdil ma kien possibbli, u li minkejja l-impenji magħmulin mill-assistenti tal-ħwienet, kienu biss validi r-regoli li jinstabu f'dak id-dokument.

Jake kkuntattja n-netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi li kkonfermaw in-natura inġusta tat-terminu. Bl-assistenza ta' ECC-Net, hu malajr irnexxielu jibdel iż-żraben ma' par ieħor.

15. Konformità unilaterali mal-obbligi

Termini li jobbligaw lill-konsumaturi li josservaw l-obbligi tagħhom meta negozjant ma jonorax l-obbligi tiegħu.

Storja bħala eżempju

Louise abbonat f'rivista tal-aħħbarijiet kummerċjali. Hi kellha tirċievi r-rivista tal-aħħbarijiet kummerċjali mill-pajjiżi kollha tal-UE bl-Ingliż kuljum. Iżda xi drabi ma kien hemm ebda newsletter għal jumejn jew tlitt ijiem, u mhux l-aħbarijiet kollha kienu tradotti bl-Ingliż. Ix-xahar ta' wara rċiviet newsletter waħda biss. Anke jekk is-servizz ma kienx qed jaħdem kif suppost, hi xorta waħda rċiviet invojsis għall-ħlas ta' abbonament sħiħ. Hi staqsiet lill-fornitur biex inaqqsilha l-prezz biex b'hekk hi kien se jkollha tħallas għal ġranet meta hi fil-fatt irċiviet is-servizz. Madankollu, il-kumpanija rrifjutat hi u tindika li, skont il-kuntratt, li s-servizz seta' jkun temporarjament interrot mingħajr ma jerħi lill-klijenti mill-obbligi li jħallsu.

Fl-aħħar, l-organizzazzjoni nazzjonali tal-konsumaturi ndaħlet fil-kwistjoni; il-ħlas ta' Louise tnaqqas u l-fornitur tas-servizz kien imġiegħel jibdel it-terminu inġust fil-kuntratt.

16. Trasferimenti ta' kuntratti lejn negozjanti oħrajn b'kundizzjonijiet anqas vantaġġużi

Termini li jippermettu n-negozjant li jittrasferixxi l-kuntratt mingħajr il-kunsens tal-bejjiegħ u li seta' jagħti lill-konsumatur ftehim anqas vantaġġuż.

Storja bħala eżempju

Karl ordna kċina ġdida mingħand kumpanija li wegħditu "10-snin garanzija". Kienet wieħed mill-fatturi deċiżivi għalih. Il-kċina kellha tiġi stallata fl-appartament tiegħu fi żmien sitt ġimgħat. Meta d-data finalment waslet, Karl innota li l-ħaddiema kienu minn kumpanija differenti. Hu staqsiehom u huma kkonfermawlu li l-kuntratt tiegħu ġie trasferit għall-kumpanija tagħhom. Karl ċempel biex jiċċekkja jekk il-garanzija ta' 10 snin kinitx għadha valida. Il-kumpanija l-ġdida spjegat li l-politika korrenti kienet li tingħata l-garanzija li tingħata s-soltu ta' sentejn u li l-kuntratt ta' Karl kien ta lill-kumpanija l-qadima d-dritt li jittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom lil dik ġdida.

Karl fittxet parir minn assoċjazzjoni nazzjonali tal-konsumaturi. Qalulu li klawżola li tawtorizza li jiġu trasferiti drittijiet u obbligi kuntrattwali kienet inġusta, għalhekk, invalida - meta dan kien ifisser tnaqqis fil-garanzija. Għalhekk, Karl kien għad għandu d-dritt għall-10 snin garanzija mill-kumpanija li oriġinalment xtara l-kċina mingħandha. Abbażi tal-parir tal-assoċjazzjoni tal-konsumaturi, hu rnexxielu jingħata estensjoni tal-garanzija mill-kumpanija l-qadima, li rabtet lilha nfisha li tipprovdilu s-servizzi meħtieġa wara l-bejgħ.

17. Drittijiet limitati għal azzjoni legali

Termini li jirrestrinġu kif u fejn il-konsumaturi jistgħu jieħdu azzjoni legali u li jobbligahom li jagħtu prova li hi r-responsabbiltà tal-parti l-oħra tal-kuntratt.

Storja bħala eżempju

Għall-vaganzi tas-sajf, Alain xtara biljett tal-ajru minn Pariġi għal Porto. Fi triqtu lejn l-ajruport, waħal fit-trasport pubbliku, wasal l-ajruport 30 minuta tard u spiċċa kellu jixtri biljett ġdid biex jasal fid-destinazzjoni tal-vaganza tiegħu. Meta kien qed jagħmel iċ-checking in ġimġagħtejn wara fl-ajruport ta' Porto, inħasad meta skopra li t-titjira lura kienet ikkanċellata minħabba li hu ma kienx għamel użu mill-biljett ta' tluq. Ma kellu ebda għażla ħlief li jixtri biljett ieħor mal-istess linja tal-ajru. Meta kien tiela' fuq l-ajruplan, hu informa lill-assistent tat-titjira li kellu jieħu passi legali hekk kif jasal lura Franza sabiex jingħata kumpens. Iżda l-assistent tat-titjira qallu li, skont it-termini u l-kundizzjonijiet standard tal-linja tal-ajru, hu seta' jieħu biss passi legali fir-Renju Unit, fejn kienet ibbażata l-linja tal-ajru. Alain ta daqqa t'għajn aktar bir-reqqa lejn it-termini u l-kundizzjonijiet fuq il-websajt tal-kumpanija u fil-fatt, sab terminu li jgħid li kwalunkwe azzjoni legali kellha tittieħed quddiem qorti fir-Renju Unit.

Alain ikkuntattja n-netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, li qallu li t-terminu li kien jillimita d-dritt legali tiegħu li jieħu azzjoni kien inġust u invalidu, għalhekk seta' jieħu l-kwistjoni f'qorti fi Franza minkejja kollox. Irċieva wkoll konferma li terminu kien jipprovdi għall-kanċellazzjoni ta' biljett bir-ritorn purament għall-raġunijiet li l-biljett tat-tluq ma kienx intuża jista', f'ċerti ċirkostanzi, jitqies bħala inġust.

Konsegwenzi

Termini kuntrattwali li huma inġusti skont il-liġi tal-UEбългарски (bg)czech (cs)dansk (da)Deutsch (de)eesti (et)ελληνικά (el)English (en)español (es)Français (fr)Gaeilge (ga)italiano (it)latviešu (lv)lietuvių (lt)magyar (hu)Nederlands (nl)polski (pl)português (pt)română (ro)slovenčina (sk)slovenščina (sl)suomi (fi)svenska (sv) ma għandhomx forza jew irbit legali fuq il-konsumaturi. Sakemm it-terminu inġust mhux element essenzjali tal-kuntratt, il-bqija tal-kuntratt (iżda mhux it-terminu inġust) jibqa' validu. Dan ifisser, pereżempju, li ma jkollokx għaliex tabbanduna s-sħubija tiegħek f'ġinnasju sempliċement minħabba klawżola waħda li hi inġusta fil-kuntratt.

Rimedji

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu jafu kif għandhom jeżerċitaw dawn id-drittijiet skont il-liġi nazzjonali, u għandu jkollhom proċeduri li bis-saħħa tagħhom in-negozji ma jitħallux milli jużaw termini inġusti.

Fl-UE kollha, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom l-inkargu li jassumu l-inforzar tar-regoli ta' protezzjoni tal-konsumatur tal-UE. Jekk tħoss li l-negozjant partikulari qed ripetutament jikser il-liġijiet nazzjonali li jimplimentawhom, inkluż fil-livell bejn il-fruntieri, għandek tirrapporta wkoll il-każ lilhom.

Jekk tħoss li termini ta' kuntratt partikulari kienu inġusti, tista' titlob parir mingħand:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika