Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Bħala individwu privat li qed tagħmel xi xiri fl-UE, għandek tħallas il-VAT darba biss, fil-pajjiż minn fejn tixtri.
Tista' ġġib lura f'pajjiżek kull ma tixtri f'pajjiżi oħra tal-UE, mingħajr ma toqgħod tieqaf għad-dwana. L-unika kondizzjoni hi li x-xiri jrid ikun għall-użu personali tiegħek jew tal-familja tiegħek, u mhux biex tbigħu.
Għall-karozzi ġodda mixtrija f'pajjiż ieħor tal-UE, il-VAT titħallas fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza, jiġifieri fil-pajjiż fejn tgħix.
Karozza ġdida tfisser karozza li għadha għamlet inqas minn 6,000 km, jew li għandha inqas minn sitt xhur. Din l-iskema tal-VAT tapplika wkoll għal modi oħra ta' trasport, bħal dgħajjes u ajruplani.
Għall-karozzi użati u vetturi oħra second-hand mixtrija minn persuna privata, il-VAT tkun diġà tħallset meta nxtrat l-ewwel darba l-karozza.
Għaldaqstant m'għandekx tħallas VAT għal karozza użata li tixtri mingħand persuna privata, la fil-pajjiż fejn tixtriha u lanqas fejn tirreġistraha.
' Karozza użata ' jiġifieri waħda li jkollha aktar minn sitt xhur u li għamlet aktar minn 6,000 km.
Għal karozzi ġodda u użati, xorta jkollok tħallas biex tirreġistra l-karozza fil-pajjiż fejn tgħix.
Skopri aktar dwar drittijietek meta tixtri karozza f'pajjiż ieħor tal-UE.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
čeština
dansk
Deutsch
français
italiano
Nederlands
polski
română
svenska
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja