Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Fl-UE, għandek id-dritt li tikkanċella x-xiri li tkun għamilt mill-internet fi żmien sebat ijiem.
Dan il-perjodu ta' sebat ijiem jibda fil-ġurnata meta jasallek dak li tkun ordnajt.
Tista' tiddeċiedi li tikkanċella l-ordni għal kwalunkwe raġuni f'dan iż-żmien - anki jekk sempliċiment biddilt il-fehma.
Il-bejjiegħ irid iroddlok flusek lura fi żmien 30 jum. U għandu jagħtik ukoll il-flus li nfaqt għall-posta meta ordnajt l-oġġett.
Dan japplika kull meta tixtri oġġetti minn barra ħanut (pereżempju bit-telefown, faks jew katalgu, kif ukoll minn fuq l-internet).
Għalkemm għandek id-dritt għal flusek lura, int ikollok tħallas l-ispejjeż tal-posta għall-affarijiet li tkun xtrajt minn fuq l-internet biex tibgħathom lura.
Il-perjodu ta' sebat ijiem ma japplikax għal:
Jane xtrat biljett minn fuq l-internet għal kunċert tal-U2 fl-Irlanda. L-għada skopriet li se tkun imsiefra fid-data tal-kunċert u ppruvat tikkanċella l-ordni. Madankollu, l-bejjiegħ irrifjuta li jikkanċella l-ordni u jagħtiha flusha lura.
Skont il-liġi tal-UE għandek id-dritt tikkanċella l-ordnijiet li għamit minn fuq l-internet jew permezz ta' modi oħra ta' "xiri mill-bogħod"
Deutsch
English
español
français
italiano (bħat-telefown jew katalgu) fi żmien sebat ijiem. Madankollu hemm xi eċċezzjonijiet.
Fil-każ ta' vaganza, vjaġġar, akkomodazzjoni, u reservazzjoni ta' avvenimenti ta' divertiment, il-bejjiegħ m'għandux dritt jirrifondik jekk tikkanċella l-ordni.
Jekk tixtri oġġetti mingħand individwu privat minflok mingħand kumpanija, it-tranżazzjoni ma tkunx koperta mill-istess leġiżlazzjoni tal-konsumatur. M'għandekx id-dritt legali tibdel fehmtek fi żmien sebat ijiem mill-ordni tiegħek.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
čeština
dansk
Deutsch
français
italiano
Nederlands
polski
română
svenska
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja