Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Tkun fejn tkun fl-UE meta tixtri xi ħaġa, dejjem għandek sentejn żmien biex titlob tiswijiet jew bdil jekk l-oġġett ikun difettuż jew mhux kif kien irreklamat. Jekk prodott ma jistax jissewwa jew jidbiddel fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjenza, tista' titlob flusek lura jew tnaqqis fil-prezz.
Il-perjodu ta' sentejn garanzija jibda malli jasallek il-prodott, u għandek tinforma lill-bejjiegħ dwar il-ħsara fi żmien xagħrejn minn meta tiskopriha.
Il-bejjiegħ dejjem huwa responsabbli, u f'xi pajjiżi tal-UE għandek ukoll id-dritt li titlob rimedju mill-produttur.
Mirek ordna laptop li kien jidher qed jaħdem tajjeb. Iżda, wara aktar minn sena li xtrah, skopra li kien fih inqas memorja minn kemm suppost.
Għalkemm din il-problema ma kinetx ovvja immedjatament, u l-laptop kien jaħdem, xorta waħda ma kienx jikkonforma ma' dak li ġie rreklamat meta xtrah. Għalhekk Mirek seta' jikseb flusu lura mill-ħanut.
Il-ħwienet ħafna drabi joffrulek garanzija, jew li tkun inkluża fil-prodott jew li trid tħallas għaliha. Din ma tirrimpjazzax il-garanzija minima ta' sentejn, li xorta jkollok.
Bl-istess mod, jekk ħanut ibigħlek prodott ġdid irħas għax bla garanzija, dan ifisser biss li m'għandekx protezzjoni addizzjonali. Xorta għandek sentejn biex tfittex rimedju jekk il-prodott jinzerta difettuż jew mhux kif irreklamat.
Carla xtrat hairdryer b'garanzija tal-bejjiegħ ta' sitt xhur.
Meta tħassret wara tmien xhur, ħaditha lura l-ħanut. Tal-ħanut qalilha li l-garanzija tagħha kienet skadiet, u li ma kinetx eleġibbli għal flusha lura.
Carla korrettament qalet li kellha sentejn garanzija skont il-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur tal-UE, u li l-garanzija ta' sitt xhur tal-bejjiegħ sempliċiment żiditilha l-protezzjoni.
Fil-każ ta' oġġetti użati, ix-xerrej u l-bejjiegħ jistgħu jiftiehmu dwar perjodu ta' garanzija ta' inqas minn sentejn, imma mhux inqas minn sena. Dan għandu jintqal b'mod ċar meta jsir ix-xiri.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja