Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Mistoqsijiet frekwenti- Xiri minn pajjiż ieħor


Dawn il-mistoqsijiet saru f'servizz ta' parir għall-konsumatur Ewropew. Għandek xi mistoqsijiet? Ikkuntattja ċ-Ċentru tal-Konsumatur Ewropew lokali tiegħek. English

Munita u VAT

  • Ikolli nħallas il-VAT fuq prodotti li nixtri f'pajjiżi oħra tal-UE?

    IVA   - Ix-xiri bla dazju, pereżempju fl-ajruporti, huwa biss għal dawk li mhumiex residenti fl-UE u li d-destinazzjoni tagħhom tkun barra l-UE. Ir-residenti tal-UE jridu jħallsu l-VAT, anki meta jagħmlu xi xiri f'pajjiż ieħor tal-UE.

    Jista' jagħti l-każ li tkun eżentat milli tħallas il-VAT meta tixtri karozza f'pajjiż ieħor tal-UE.

  • Il-pajjiżi Ewropej kollha jaċċettaw l-ewro?

    LE   - Attwalment hemm 27 pajjiż fl-UE, iżda 17 biss minnhom jużaw l-ewro: L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, is-Slovakja, is-Slovenja u Spanja.

    Hemm oħrajn li se jingħaqdu ma' dan il-grupp.

Kif tħassar xiri

  • Nista' nirritorna xi ħaġa li xtrajt minn fuq l-internet jekk ma togħġobnix?

    IVA  - Meta tirċievi oġġett jew servizz li xtrajt onlajn, għandek sebat ijiem biex tiddeċiedi iżżommux jew le. Madankollu, għandek tkun taf li l-leġiżlazzjoni dwar il-bejgħ mill-bogħod Deutsch English español français italiano ma tgħoddx għall-irkant onlajn jew għal servizzi finanzjarji, trasport, akkomodazzjoni, forniment tal-ikel jew prenotazzjonijiet għal servizzi tal-ħin liberu.

  • Wara li rċevejt ittra ta' stedina minn ħanut tal-għamara, mort għandhom u ffirmajt kuntratt ta' xiri. Issa reġa' bdieli. Nista' nħassar l-ordni?

    Tista' biss jekk il-bejjiegħ jaqbel. Għalkemm fil-bidu ġejt ikkuntattjat bil-posta, il-kuntratt iffirmajtu fil-ħanut u allura huwa definittiv. Aqra d-dettalji tal-kuntratt biex tara f'liema kundizzjonijiet - jekk jeżistu - tista' tħassar l-ordni tiegħek.

  • Xtrajt mejda għall-kċina minn katalgu imma issa reġa' bdieli. Nista' nħassar l-ordni?

    IVA  - Għandek sebat ijiem biex tibdel il-fehma u tikkanċella dak li ordnajt Deutsch English español français italiano. Dan hu minnu kull meta tixtri oġġetti mhux minn ħanut, pereżempju bit-telefown, faks, bil-posta jew minn fuq l-internet. Is-sebat ijiem jibdew mill-mument li tirċievi l-merkanzija.

Tiswijiet, tibdil, rifużjonijiet

  • Ftit iktar minn sena ilu xtrajt telefown u issa waqaf jaħdem. Il-bejjiegħ qed jirrifjuta li jsewwieh b'xejn. Imma suppost għandi garanzija legali ta' sentejn, le?

    Il-garanzija legali hija valida għal perjodu ta' sentejn fl-UE kollha. Iżda hemm ċerti restrizzjonijiet.

    Il-garanzija legali tkopri d-difetti li kienu jeżistu meta wasallek l-oġġett u li ħarġu fi żmien sentejn. Madankollu, iż-żmien kruċjali huwa l-ewwel sitt xhur wara li xtrajtu:

    • Kwalunkwe difett li joħroġ fi żmien sitt xhur jiġi meqjus li kien jeżisti meta wasallek l-oġġett. F'dak il-każ, il-bejjiegħ għandu jsewwi t-telefown b'xejn jew jagħtik ieħor (jew iroddlok flusek lura jekk ma jkunx jista' jsewwieh jew jibdlu).
    • Wara sitt xhur, xorta tista' żżomm lill-bejjiegħ responsabbli għad-difetti waqt il-perjodu kollu tas-sentejn garanzija. Imma jekk il-bejjiegħ jikkontesta, trid tkun kapaċi turi li d-difett ilu jeżisti minn meta wasallek il-telefown. Ġeneralment dan ikun diffiċli, u x'aktarx ikollok tinvolvi espert tekniku.
  • Il-bejjiegħ fi Spanja minn fejn xtrajt il-kamera lest li jsewwieha, imma min irid iħallas għall-posta?

    Skont il-liġi tal-UE dansk Deutsch ελληνικά English español suomi français italiano Nederlands português svenska, fiż-żmien legali ta' sentejn garanzija, prodotti difettużi jridu jiġu msewwija jew mibdula mingħajr spejjeż lill-konsumatur. Dan jinkludi l-posta. Għaldaqstant, teoretikament, il-bejjiegħ għandu jħallas l-ispejjeż kollha tal-posta (li inti tibgħatlu l-kamera difettuża; u li hu jibgħathielek lura msewwija).

    Madankollu, il-bejjiegħ jista' jkun jixtieq jeżamina l-kamera biex jivverifika jekk kinetx difettuża meta inti xtrajtha. F'dak il-każ, jista' jkollok tħallas biex tirritorna l-kamera u titlob il-flus lura tal-posta jekk il-bejjiegħ jaqbel li kienet difettuża.

  • It-telefown il-ġdid mhux qed jaħdimli. Lil min għandi nikkuntattja, lill-bejjiegħ jew lill-manifattur?

    Jiddependi fuq liema miż-żewġ tipi ta' garanzija dansk Deutsch ελληνικά English español suomi français italiano Nederlands português svenska tixtieq tuża: il-garanzija legali jew dik kummerċjali.

    Il-garanzija legali torbot lill-bejjiegħ. Hija valida għal sentejn u tkopri l-prodotti mixtrija fl-UE.

    Il-bejjiegħ jew manifattur jistgħu jipprovduk ukoll b'garanzija kummerċjali, fejn it-termini u l-kundizzjonijiet huma spjegati fil-kuntratt tiegħek; it-termini tal-garanzija kummerċjali tal-manifattur jistgħu jippreżentawk b'aktar vantaġġi mill-garanzija legali. Il-garanzija kummerċjali ma tieħux post il-garanzija legali ta' sentejn. Jekk tingħata garanzija kummerċjali ta' sena meta tixtri prodott, xorta tista' tuża l-garanzija legali ta' sentejn biex titlob rimedju mingħand il-bejjiegħ wara aktar minn sena, imma xorta fis-sentejn wara x-xiri, abbażi tal-garanzija legali.

  • It-televixin mhux jixgħel, avolja xtrajtu biss tliet xhur ilu. M'għadnix nafdah il-ħanut mnejn xtrajtu - nista' nitlob flusi lura?

    LE, MHUX MILL-EWWEL   - bil-liġi tal-UE, il-bejjiegħ irid jagħtik l-għażla bejn li jsewwilek it-televixin jew jagħtik ieħor. Jekk iż-żewġ soluzzjonijiet jirriżultaw impossibbli (pereżempju, jieħdu wisq żmien jew jiġu jiswew wisq għall-bejjiegħ), tista' titlob flusek lura.

  • Ngħix fir-Renju Unit u xtrajt kamera tar-ritratti minn Spanja. Ma taħdimx. X'għandi nagħmel?

    Skont ir-regoli tal-UE dansk Deutsch ελληνικά English español suomi français italiano Nederlands português svenska, il-merkanzija trid tkun kif iddeskriviha l-bejjiegħ, tajba għall-użu normali tagħha, u ta' kwalità u funzjoni sodisfaċenti.

    Nisperaw li għad għandek l-irċevuta bid-dettalji tal-bejjiegħ. L-ewwel m'għandek tagħmel hu li tikkuntattjah u tgħidlu bil-problema u tistaqsih biex isewwi jew jibdel il-kamera. Jekk dan ma jkunx jista' jagħmlu, għandek titlob flusek lura.

    Jekk ma jkollokx risposta sodisfaċenti mill-bejjiegħ, tista' tikkuntattja ċ-Ċentru tal-Konsumatur Ewropew lokali tiegħek English, jew dak tal-pajjiż minn fejn xtrajt l-oġġett.

  • Wara ftit xhur li xtrajtu, is-sufan tal-ġilda l-ġdid qed jiċċara. Il-bejjiegħ qalli li dan qed jiġri minħabba l-għaraq, proposta assurda. X'nista' nagħmel?

    Il-liġi tal-UE tagħmel provvediment għal sentejn garanzija dansk Deutsch ελληνικά English español suomi français italiano Nederlands português svenska għal kwalunkwe oġġetti ġodda mixtrija mingħand bejjiegħ professjonali bbażat fl-UE. Waqt dan il-perjodu ta' sentejn, il-bejjiegħ huwa responsabbli għal kwalunkwe difett fil-prodott - għandek tkun tista' tuża s-sufan b'mod normali mingħajr ma joħorġu d-difetti.

    Madankollu, il-ġilda hija materjal delikat li malajr jitħassar bl-għaraq jew jekk ma tużax il-prodotti xierqa biex tnaddfu. F'dan it-tip ta' każi, il-bejjiegħ għandu jinfurmak meta oġġett li tixtri għandux jiġi ttrattat b'mod partikolari.

  • Xi affarijiet li xtrajt ma waslux jew waslu bil-ħsara. X'nista' nagħmel?

    Meta tixtri minn fuq l-internet, għandek l-istess drittijiet bħal meta tixtri minn ħanut:          

    • Jekk tixtri affarijiet li ma jkunux ta' kwalità tajba, tista' tkun intitolata li jsewwuhomlok, jibdluhomlok jew jagħtuk flusek lura jew inaqqsulek il-prezz - skont iċ-ċirkostanzi.
    • l-informazzjoni kollha dwar oġġetti jew servizzi għandha tkun preċiża u mhux qarrieqa. Jekk ingħatajt informazzjoni falza jew qarrieqa, tista' tkun intitolata għal flusek lura.

    Ivverifika t-termini u l-kundizzjonijiet fuq is-sit web tal-bejjiegħ. Ikkuntattjah biex tispjega l-problema u itlob soluzzjoni. Jekk ma jagħtikx risposta sodisfaċenti u jkun ibbażat fl-UE, tista' tikkuntattja ċ-ċentru Ewropew tal-konsumaturi English f'pajjiżek.

  • Xtrajt gwardarobba u waħda mill-biebien mhux tingħalaq sew. Kienet għalja ħafna u nixtieq li l-bejjiegħ jibdilhieli. Però l-bejjiegħ qed jirrifjuta u minflok qed joffri li jirranġa ċ-ċappetta d-difettuża. Mhux jien nagħżel jekk irridux isewwi jew jibdel il-gwardarobba?

    IVA   - L-għażla hija tiegħek jekk prodott difettuż għandux jiġi msewwi jew mibdul, sakemm l-għażla tiegħek ma tkunx impossibbli jew wisq għalja għall-bejjiegħ. Madankollu, jekk id-difett ikun żgħir - bħal f'dan il-każ - it-tiswija x'aktarx tkun l-aktar soluzzjoni faċli.

  • Xtrajt kċina mingħand neguzjant li ġie għandi. Parti minnha biss waslet. X'għandi nagħmel?

    Jeżistu regoli speċifiċi tal-UE dansk Deutsch ελληνικά English español suomi français italiano Nederlands português svenska dwar merkanzija li tixtri mingħand neguzjanti li jiġu għandek jew fejn taħdem jew f'avveniment barra mill-bini normali tan-negozju.

    Ifli t-termini u l-kundizzjonijiet tal-konsenja fil-kuntratt li ffirmajt. Jekk il-perjodu ta' konsenja fil-kuntratt skada, għandek tagħmel ilment bil-miktub lin-negozjant. Jekk in-negozjant jinsab f'pajjiż ieħor tal-UE, ikkuntattja ċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi lokali tiegħek English.

Garanziji

  • Il-kompjuter li xtrajt ftit iktar minn sena ilu, ma jridx jaħdem iktar. Il-bejjiegħ qabel miegħi li huwa difettuż imma ma jridx isewwieh b'xejn għax il-garanzija tal-manifattur hija valida għal sena biss. X'nista' nagħmel?

    Il-garanzija li qed isemmi l-bejjiegħ hija l-garanzija kummerċjali tal-manifattur tal-kompjuter tiegħek. Din m'għandhiex x'taqsam mal-garanzija legali, li torbot lill-bejjiegħ u ddum tgħodd sentejn.

    Jekk il-bejjiegħ jaqbel li l-kompjuter huwa difettuż, irid isewwieh jew jibdlu bla ħlas. F'idejhom biex isolvu l-kwistjoni mal-manifattur.

  • Meta tibda l-garanzija legali ta' sentejn

    Is-sentejn jibdew mill-jum li l-prodott jasal fil-pussess tiegħek. Jekk tidħol f'ħanut u toħroġ bi prodott, il-garanzija taqbad tgħodd f'dik id-data. Jekk ħallast għall-prodott imma wasal għandek f'data aktar tard, is-sentejn jibdew mill-jum ta' meta wasal.

    Għaldaqstant għandek dejjem iżżomm l-irċevuti u l-istqarrija ta' konsenja (delivery statements)

Xiri ta' servizzi

  • Nixtieq nixtri magna tal-ħasil minn fuq sit web Ġermaniż. Ma nista nsib id-dettalji ta' kuntatt tal-bejjiegħ imkien fuq is-sit. Normali dan?

    LE   - Bil-liġi l-bejjiegħ irid juri l-informazzjoni bażika fuq is-sit biex tkun tista' tikkuntattjah jekk ikollok xi problemi. Dan jinkludi isem il-kumpanija, in-numru ta' reġistrazzjoni, il-post fiżiku fejn jinsabu (mhux sempliċiment P.O.box), l-email u n-numru tat-telefown.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika