Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Meta tixtri mingħand ħanut fuq l-internet fl-UE, għandek sentejn biex titlob tiswijiet jew bdil b'xejn jekk l-oġġetti jinzertaw difettużi jew mhux kif irreklamati - l-istess bħal li kieku xtrajthom minn ġo ħanut.
Jekk il-prodott ma jistax jissewwa jew jidbiddel fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjenza, tista' titlob flusek lura jew tnaqqis fil-prezz.
Skont il-liġijiet tal-UE, l-oġġetti li tordna minn fuq l-internet għandhom jaslulek fi 30 jum, sakemm ftehimt mod ieħor mal-bejjiegħ.
Jekk l-oġġett li ħallast għalih ma jkunx disponibbli, il-bejjiegħ għandu jinformak u jroddlok flusek lura fi żmien 30 jum.
Huwa illegali għall-ħwienet tal-internet ibbażati fl-UE li jirrifjutaw li jbigħulek għax tkun f'pajjiż differenti tal-UE.
Pereżempju, jekk tipprova tixtri mużika jew kotba minn fuq l-internet mingħand bejjiegħ ibbażat fl-UE imma mhux qed jirnexxilek jew qed tiġi redirezzjonat lejn il-ħanut web f'pajjiżek (li forsi għandu prodotti jew prezzijiet differenti), sempliċiment għax tgħix f'pajjiż differenti tal-UE, mela l-bejjiegħ fuq l-internet qed jaġixxi illegalment.
Biex issib l-għajnuna fid-difiża ta' drittijietek f'din it-tip ta' sitwazzjoni, ikkuntattja ċ-ċentru Ewropew tal-konsumatur f'pajjiżek
čeština
dansk
Deutsch
français
italiano
Nederlands
polski
română
svenska.
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
čeština
dansk
Deutsch
français
italiano
Nederlands
polski
română
svenska
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja